Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 57

57
Kapitlu 57
1Il-ġust jinqered,
imma ħadd ma jħoss għalih.
In-nies twajba jinġabru,
iżda ħadd ma jagħti kas.
Iva, il-ġust jinġabar minħabba l-ħażen;#Għerf 4,11.
2jidħol fis-sliem,
jistrieħu fuq friexu kull min jimxi dritt.
Il-kulti moqżieża tal-fertilità
3“Imma intom, ulied is-saħħara, ersqu ’l hawn,
nisel l-adultera u l-prostituta.
4B’min qegħdin tiddieħku?
Kontra min qegħdin tfettħu ħalqkom,
u toħorġu lsienkom?
Jaqaw m’intomx ulied id-dnub,
ulied il-qerq?
5Intom tmorru b’demmkom ibaqbaq#57,5: B’demmhom ibaqbaq: ħafna mill-Iżraelin kienu mġennin biex jieħdu sehem fil-kulti moqżieża tal-Kangħanin pagani taħt is-siġar iħaddru f’ġieħ Bagħal u Astart. Dawn ir-riti kien fihom il-prostituzzjoni sagra u kienu jispiċċaw f’orġji sfrenati. taħt il-ballut;
taħt kull siġra tħaddar;
toqtlu t-trabi fil-widien,
fi xquq l-irdumijiet.#Dt 12,2; Lev 18,21; Ġer 2,20; 7,31; 19,5; Eżek 20,28-31.
6Fil-ġebel lixx tal-wied sehmek;
dan, dan xortik.
Lilhom sawwabt il-libazzjonijiet,
ġibt l-offerta tas-sagrifiċċju.
Nista’ jien noqgħod bi kwieti b’dan?
7Fuq muntanja għolja u wieqfa,
int poġġejt friexek,
u hemm fuq tlajt toffri s-sagrifiċċju.#Dt 23,18-19; Ġer 2,20; Eżek 6,13.
8U wara l-bieb u l-koxox tiegħu,
l-arma tiegħek dendilt.
U mbiegħda minni xaqlibt il-friex u tlajt;
wassajt soddtok u ftehemt magħhom,
ma’ dawk li ħabbejt friexhom,
u lejn għerithom ħarist ċassa.#Eżek 16,15-16.
9Ersaqt lejn alla Molek#57,9: Molek: alla falz tal-Kangħanin u l-Feniċi. biż-żejt midluka,
u żidt il-fwejjaħ tiegħek.
Bgħatt ’il bogħod il-messaġġiera tiegħek,
sa tbaxxejt sal-Art l-Imwiet.
10Minkejja li nkeddejt bl-imġiba tiegħek,
qatt ma għedt: “Qtajt qalbi!”
Sibt il-qawwa għal ħajtek,
għalhekk qatt ma nfnejt.
11Minn min twerwirt u bżajt,
biex tħassart daqshekk,
biex anqas fija biss ma ftakart,
u anqas biss ma ħsibt?
Mhux għax jiena bqajt sieket u għalaqt għajnejja
li inti bżajt minni?”
12Jien għad inxandar is-sewwa tiegħek u għemilek,
imma dawn xejn ma jiswewlek.
13Ħa jsalvawk l-idoli miġmugħa tiegħek,
meta ssejħilhom.
Ir-riħ għad itajjarhom
u ż-żiffa ġġorrhom.
Imma min jitma fija jiret l-art,
u jiret il-muntanja mqaddsa tiegħi.#S 37,9; Is 56,7; 60,21; 65,9.
14U għad jgħid:
“Iftħu, iftħu t-triq, wittuha!
Neħħu t-tfixkil minn triq il-poplu tiegħi!”#S 68,5; Is 11,16; 40,3-4.
15Għax dan jgħid min qiegħed merfugħ fl-għoli,
li jgħix għal dejjem u qaddis ismu:
“Jien ngħammar fl-għoli u f’post qaddis,
imma l-istess jien qiegħed mal-bniedem
b’qalb maqsuma u umiljat f’ruħu;
biex naħji r-ruħ umiljata,
inqawwi l-qalb miksura.#Lev 17; S 51,19; Is 61,2-3; Mt 5,3-12.
16Għax ma nitlewwimx għal dejjem,
u lanqas ma ninkorla għalkollox;
għax kieku tinfena r-ruħ quddiemi,
u nifs il-ħajja li jiena ħlaqt.#S 130,3.
17Minħabba ħżunitu għal ftit#57,17: Għall-ftit: mill-verżjoni Griega. għadabt,
u sawwattu u nħbejt inkurlat,
imma xorta waħda baqa’ miexi għal rajh fit-triq ta’ qalbu.#Is 54,8; 56,11.
18Jiena rajt triqatu, u rrid infejqu,
immexxih u nroddlu l-faraġ,
u lil dawk li jibkuh,
noħolqilhom kelma frott ix-xufftejn:#Eż 15,26.
19Sliem, sliem, lil kulħadd, fil-bogħod u fil-qrib,
jgħid il-Mulej, infejjaqhom ilkoll.#Atti 2,39; Ef 2,13-17.
20Imma l-ħżiena bħal baħar imqanqal,
li ma jista’ jsib kwiet b’xejn,
u ilmijietu jqanqlu ħama u tajn.#Ġuda 13.
21M’hemmx sliem għall-ħżiena,”
jgħid Alla tiegħi.#Is 48,21-22.

Actualmente seleccionado:

ISAIJA 57: MB20

Destacar

Compartir

Copiar

None

¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión

Video de ISAIJA 57