ISAIJA 58
58
Kapitlu 58
Is-sawm tassew
1Iftaħ garġik, għajjat u la tiskotx!
Għolli leħnek bħal tromba!
Dnubhom uri lill-poplu tiegħi,
u ħtijiethom lil dar Ġakobb!
2Imma lili kuljum ifittxu,
jixtiequ jagħrfu triqati,
bħallikieku ġens li jagħmel is-sewwa,
u li ma ħalliex l-ordnijiet ġusti ta’ Alla tiegħu.
Jitolbuni ġudizzji fis-sewwa,
jixtiequ jersqu lejn Alla:
3‘Għaliex somna u int ma ħaristx,
għakkisna ruħna u int ma ntbaħtx?’
Araw, f’jum is-sawm tagħkom tagħmlu li tridu,
u tgħakksu lill-ħaddiem tagħkom.#Mal 3,14; Mt 6,18.
4Araw, issumu bil-kwestjonijiet u l-ġlied
u tidorbu bil-ponn bla ħaqq.
Jekk issumu kif qegħdin issumu issa,
leħinkom ma jinstamax fl-għoli.
5Jaqaw jien jogħġobni sawm bħal dan,
jum biex bniedem jgħakkes lilu nnifsu?
Biex ibaxxi rasu bħas-simar,
u jimtedd fuq ix-xkora u r-rmied?
Tgħidlu int dan sawm,
jum jogħġob lill-Mulej?#Żak 7,5.
6Jaqaw mhux dan is-sawm li jiena rrid,
jiġifieri, li tħoll l-irbit tal-ħażen,
u tqaċċat ix-xkiel tal-madmad,
li tibgħat ħielsa l-maħqurin,
u tkisser kull madmad?#Ġer 34,8-9; Għam 5,21; Mt 25,34-40; Atti 8,23.
7Mhux li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ,
u ddaħħal f’darek lill-imsejken bla saqaf?
Mhux li tlibbes lil min tara għarwien,
u n-nies ta’ darek ma tinsihomx?#Eżek 18,7-16; Mt 25,35.
8Imbagħad ifiġġ bħaż-żerniq id-dawl tiegħek,
u malajr tagħlaqlek il-ġerħa tiegħek.
Quddiemek timxi l-ġustizzja tiegħek,
u l-glorja tal-Mulej timxi warajk.#Is 52,12.
9Jekk biss issejjaħlu, iwieġeb il-Mulej;
jekk tgħajjatlu, jgħidlek ‘Hawn jien’.
Jekk tneħħi minn nofsok il-moħqrija,
ma tmiddx subgħek u ma tagħmilx deni b’ilsienek,
10jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ,
u xxabba’ qalb l-imnikket,
imbagħad id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam,
u s-swied tiegħek ikun bħan-nofsinhar.#Ġw 8,12.
11U l-Mulej jibqa’ jmexxik għal dejjem,
u jxebbagħlek qalbek fl-imkejjen niexfa,
u jsaħħaħlek għadmek.
Int tkun bħal ġnien bis-saqwi,
bħal għajn ta’ ilma ma jonqos qatt.#S 24; Is 51,3; Ġw 4,14.
12U jerġgħu jibnuk mill-ħerbiet tal-qedem,
mill-ġdid int tibni s-sisien ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ.
U jsejħulek: ‘Bennej tas-swar imġarrfa,
li jġedded it-toroq fejn wieħed joqgħod’.#Neħ 3—4; Is 61,4.
13Jekk int ma tixħetx is-Sibt taħt riġlejk,
billi tagħmel li jogħġbok fil-jum imqaddes tiegħi;
jekk issejjaħ is-Sibt l-għaxqa tiegħek,
u l-jum qaddis u mweġġaħ mill-Mulej;
jekk tagħtih ġieħ
billi fih ma tagħmilx ix-xogħol ta’ kuljum,
u ma tfittixx in-negozju u t-tlablib fieragħ,#Is 56,2.
14imbagħad issib l-għaxqa tiegħek fil-Mulej,
u jiena ntellgħek fuq għoljiet l-art.
U nxebbgħek b’wirt Ġakobb, missierek.
Għax fomm il-Mulej tkellem.”#Dt 32,13; Is 1,20; 40,5.
Actualmente seleccionado:
ISAIJA 58: MB20
Destacar
Compartir
Copiar
¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.