Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 56

56
Kapitlu 56
It-Tielet Parti: Kap 56 sa 66
Qtigħ il-qalb u s-salvazzjoni
1Dan jgħid il-Mulej:
“Żommu s-sewwa u agħmlu l-ġustizzja,
għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet,
u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt tfeġġ.”#Is 46,13; 51,6-8.
2Hieni r-raġel li jagħmel dan,
u l-bniedem li jżomm sħiħ fih,
iħares is-Sibt u ma jiksrux,
u jżomm idu ’l bogħod mill-għemil ħażin.”#Eż 20,8; Is 58,13-14.
3U ma jgħidx il-frustier li jintrabat mal-Mulej:
“Se jifridni l-Mulej mill-poplu tiegħu.”
Ma jgħidx l-ewnuku#56,3: Ewnuku: Nies kastrati min-natura jew b’operazzjoni li ma setgħux jiżżewġu u jkollhom it-tfal dawn kienu esklużi mill-komunità ta’ Iżrael; ara Dt 23,2; Għerf 31,4.: “Arawni, jiena siġra niexfa!”#Eż 12,48.
4Għax dan jgħid il-Mulej:
“Għall-ewnuki li jħarsu Sibtijieti,
u jagħżlu dak li jogħġob lili,
u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi,#Għerf 3,14-15.
5jiena nagħtihom f’dari u swari,
nagħtihom monument u isem#56,5: Nagħtihom monument u isem: biex ipattilhom għan-nuqqas ta’ dixxendenza; ara 2 Sam 18,18; Neħ 7,15; 13,14;,
xi ħaġa aħjar minn subien u bniet;
nagħtihom isem għal dejjem,
li ma jitħassar qatt.#1 Sam 1,8; Apk 2,17; 3,5.
6Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh,
u biex iħobbu isem il-Mulej,
u jkunu qaddejja tiegħu,
kull min iħares is-Sibt u ma jiksrux
u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi,#Is 18,7.
7lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi,
u nferraħhom f’dar it-talb tiegħi;
il-vittmi maħruqa u s-sagrifiċċji tagħhom
ikunu jogħġbuni telgħin minn fuq l-artal tiegħi,
għax dari ‘dar it-talb’ tissejjaħ għall-popli kollha.#1 Slat 8,29-30; S 15,1; Mt 21,13; Mk 11,17; Lq 19,46.
8Oraklu ta’ Sidi l-Mulej,
li jiġbor l-imxerrdin ta’ Iżrael;
“Nissokta niġbor l-itturufnati tiegħu
flimkien ma’ dawk li diġà ġbart.”
Il-kundanna tal-idolatrija ta’ Iżrael
9Intom bhejjem tar-raba’#56,9: Bhejjem tar-raba’: xbieha tal-ġnus pagani li kellhom iħarbtu lill-poplu ta’ Iżrael minħabba dnubietu.,
ejjew kulu,
intom bhejjem tal-foresta.#Eżek 34,5.
10L-għassiesa tal-poplu tiegħi,
ilkoll għomja, ma jintebħu b’xejn;
ilkoll klieb muti,
ma jistgħux jinbħu.
Jimteddu u joħolmu,
ħsiebhom biex jorqdu.#Is 3,12.
11Huma klieb rgħiba,
ma jixbgħu qatt.
Dawn huma r-rgħajja,
li ma jafux jaħsbu.
Qabdu triqthom ilkoll,
kulħadd jaħseb għal rasu.#Ġer 10,21; 12,10; 23,1-2; Eżek 34,2.
12Ejjew ħa nġibu l-inbid,
u niskru bix-xorb qawwi.
Għada jkun bħal-lum,
anzi aħjar, u ħafna aħjar.”#Is 5,11; 28,7-8.

Actualmente seleccionado:

ISAIJA 56: MB20

Destacar

Compartir

Copiar

None

¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión

Videos for ISAIJA 56