ISAIJA 46
46
Kapitlu 46
1Iltewa Bel#46,1: Bel … Nebu: allat ta’ Babilonja li m’għandhom ebda saħħa., tgħawweġ Nebu!
Saru xbihathom tagħbija għall-bhejjem,
tagħbija għad-dbejjeb;
tagħbijietkom tagħbija għall-bhejjem mifnija.#Ġer 50,2.
2Tgħawġu u ltwew flimkien,
ma jifilħux isalvaw lil min iġorrhom;
u huma nfushom imorru fil-jasar.
3Isimgħuni, dar Ġakobb,
u l-fdal kollu ta’ dar Iżrael;
ġarrejtkom sa mit-twelid,
erfajtkom sa mill-ġuf.#Eż 19,4; S 22,11; Is 44,2; 63,9.
4Sa xjuħitkom jien dejjem hu,
sa meta jibjad xagħarkom nibqa’ nġorrkom.
Jiena għamiltkom u jien nitgħabba bikom;
u jien inġorrkom u nsalvakom.
5Ma’ min se xxebbhuni u ddaqqsuni,
tqabbluni bħallikieku ndaqs?#Is 44,7.
6Dawk li joħorġu d-deheb mill-ħorġa
u jiżnu l-fidda bil-miżien,
jikru l-arġentier biex jagħmilhielhom alla,
li mbagħad quddiemu jmilu u jqimuh wiċċhom mal-art!
7Jerfgħuh fuq l-ispallejn u jġorruh,
u jqegħduh f’postu u jibqa’ hemm,
u minn postu ma jiċċaqlaqx.
Jekk xi ħadd isejjaħlu, ma jweġibx,
u minn hemmu ma jeħilsux.
8Ftakru f’dan u kunu rġiel;
aħsbu fih, ja midinbin.#Is 44,21.
9Ftakru fl-ibgħad żminijiet,
għax jien hu Alla, u ħadd ħliefi m’hemm.
Jien Alla u m’hemm ħadd bħali.
10Sa mill-bidu ngħarraf it-tmiem,
u sa minn qabel dak li ma seħħx,
u ngħid: ‘Il-ħsieb tiegħi għad iseħħ,
u nagħmel kulma rrid:#Is 41,26-27; 45,21.
11insejjaħ tajra tal-priża#46,11: Tajra tal-priża: is-sultan Ċiru. mil-Lvant,
mill-art imbiegħda l-bniedem li jtemm ħsiebi.
Hekk tkellimt u hekk nagħmel;
hekk iddeċidejt, u nagħmel hekk.#S 33,11; Is 41,2-5; 45,13; Ef 1,11.
12Isimgħuni intom ta’ qalb iebsa,
intom l-imbegħdin mis-sewwa
13Inqarreb il-ġustizzja tiegħi:
mhijiex fil-bogħod,
u s-salvazzjoni tiegħi ma tiddawwarx.
U nqiegħed is-salvazzjoni f’Sijon
għal Iżrael, il-foħrija tiegħi.”
Actualmente seleccionado:
ISAIJA 46: MB20
Destacar
Compartir
Copiar
¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.