ISAIJA 45
45
Kapitlu 45
Il-missjoni ta’ Ċiru, sultan tal-Persja
1Dan jgħid il-Mulej lill-midluk tiegħu#45,1: Il-midluk tiegħu … Ċiru: Ċiru hu l-ministru kkonsagrat minn Alla. Hu għad jgħaddi rebbieħ fuq il-ġnus tal-Lvant ħa sseħħ ir-rieda ta’ Alla.,
lil Ċiru li qbadt minn idu l-leminija
biex irrażżan il-ġnus quddiemu
u nħoll il-ħżiem ta’ ġenbejn is-slaten;
niftaħ il-bibien quddiemu
u ebda bieb ma jibqa’ magħluq:#Is 41,1-5.
2“Quddiemek nimxi jien,
u l-mogħdijiet imħattba tiegħek inwittilek;
inċarrat il-bibien tal-bronż,
u l-istaneg tal-ħadid inqatta’.#S 107,16; Is 40,4.
3Nagħtik it-teżori fid-dlam moħbija,
il-ħażniet fil-moħbiet mistura,
biex tkun taf li jien il-Mulej,
Alla ta’ Iżrael, li sejjaħtlek b’ismek.
4Minħabba Ġakobb, il-qaddej tiegħi,
u Iżrael, il-maħtur tiegħi,
jien sejjaħtlek b’ismek.
Tajtek isem ta’ ġieħ għad li lanqas tafni.#Is 40,26; 41,8.
5Jien il-Mulej, m’hemmx ieħor ħliefi,
m’hemmx Alla ieħor għajri.
Jien ħażżimtek għad li lanqas tafni,#2 Sam 7,22; Is 40,25; 44,6.
6biex mnejn titla’ x-xemx safejn tinżel,
il-bnedmin jagħrfu li m’hemm ħadd ħliefi.
Jiena l-Mulej, m’hemmx ieħor ħliefi.
7Jien sawwart id-dawl u ħlaqt id-dlam;
jien nagħmel ir-risq u noħloq id-deni#45,7: Nagħmel ir-risq u noħloq id-deni: kollox isir bir-rieda ta’ Alla jew bil-permess ta’ Alla, tajjeb jew ħażin.;
jiena l-Mulej, li nagħmel dan kollu.”#Ġob 2,10; Sir 11,14; Għam 3,6; 4,13.
Alla l-ħallieq ta’ kollox
8“Qattru, smewwiet, mill-għoli,
u jraxxax is-sħab il-ġustizzja;
tinfetaħ l-art u tinbet is-salvazzjoni,
u tinbet magħha l-ġustizzja.
Jiena l-Mulej, jien ħlaqtha.#Dt 32,2; S 72,6; 85,11-12; Is 51,5; 56,1; 61,11.
9Ħażin għal min jitlewwem ma’ Min għamlu;
bħal xaqqufa ma’ min jaħdem it-tajn!
Jaqaw jgħid it-tafal lill-fuħħari:
“X’inti tagħmel?”
Jew inkella “xogħlok bla fejda?”#Is 29,16; Ġer 18,6; Rum 9,20.
10Ħażin għalih min jgħid lill-missier: “X’inti tnissel?”
jew lil xi mara: “X’inti tiled?”
11Dan jgħid il-Mulej,
il-Qaddis ta’ Iżrael u Dak li sawru:
“Jaqaw tridu tistaqsuni x’ġej fuq uliedi;
jew tordnawli fuq xogħol idejja?
12Jiena għamilt l-art,
u ħlaqt il-bniedem fuqha.
Jiena, idejja firxu s-smewwiet,
u l-qtajja’ kollha tagħhom nikkmanda.
13Jiena qajjimt ’il Ċiru biex jagħmel il-ġustizzja,
u wittejtlu triqatu kollha.
Hu jibni belti, u jeħles lill-ilsiera tiegħi,
bla ħlas u bla għotjiet,”
jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
14Dan jgħid il-Mulej:
“Il-ġid tal-Eġittu u l-qligħ ta’ Kus#45,14: Kus: referenza għall-Etjopja,
u tas-Sabajin, nies twal,
jgħaddu għal għandek u jsiru tiegħek.
Jimxu warajk u jgħaddu mxekkla,
u quddiemek jinxteħtu fl-art,
u jitolbuk u jgħidulek:
‘Għandek biss hemm Alla,
u m’hemmx ieħor għajru,
m’hemmx Alla ħliefu.’ ”#1 Slat 10,1-2; Is 43,3; 1 Kor 14,25.
15Tassew int Alla moħbi,
Alla ta’ Iżrael, salvatur.#Prov 25,2; Is 55,8.
16Ilkoll imtlew bil-mistħija u l-għajb,
telqu lkoll flimkien imriegħxa
dawk li jsawru l-idoli.
17Iżrael salva bis-saħħa tal-Mulej,
b’salvazzjoni għal dejjem;
qatt ma jkollkom imniex tistħu u tiregħxu,
għal dejjem ta’ dejjem.#Lhud 5,9.
18Għax dan jgħid il-Mulej li ħalaq is-smewwiet;
Hu li hu tassew Alla, li sawwar l-art, għamilha u wettaqha,
ma ħalaqhiex għall-baħħ,
sawwarha biex jgħammru fiha:
“Jien hu l-Mulej,
u m’hemm ħadd ħliefi!
19Ma tkellimtx bil-moħbi
f’xi mkien mudlam tal-art.
Ma għedtx lil nisel Ġakobb:
‘Fittixni fil-baħħ.’
Jiena hu l-Mulej li ngħid is-sewwa,
u d-dritt inxandar.”#Dt 30,11-14; Ġw 18,20.
L-allat foloz ta’ Babilonja
20“Inġemgħu, ejjew, ersqu flimkien,
intom il-maħrubin mill-ġnus!
M’għandhomx għaqal dawk li jġorru
l-idoli tagħhom tal-għuda,
dawk li jitolbu lil Alla li ma jsalvax.
21Xandru u ressqu l-kawża tagħkom;
ħa jieħdu l-parir ta’ xulxin.
Min qalu dan żmien ilu?
Min xandru fi żmien il-qedem?
Mhux jien il-Mulej?
U ma hemm ebda Alla ħliefi;
Alla ġust u salvatur, ma hemm ħadd għajri.#S 18,32; Is 42,22; 43,9-12; 44,8; 48,5.
22Duru lejja mill-ġdid, truf kollha tal-art,
u intom tkunu salvi!
għax jien hu Alla, u ma hemm ħadd ħliefi!
23Bija nnifsi ħlift,
minn fommi ħarġet il-ġustizzja,
u l-kelma ma terġax lura:
għax quddiemi tiltewa kull irkoppa,
bija jaħlef kull ilsien;#Rum 14,11; Fil 2,10-11.
24għalija għad jgħidu;
‘Fil-Mulej waħdu hemm il-ħaqq u l-qawwa;
għandu għad jiġu, kollhom mistħija,
dawk kollha li inkurlaw għalih.
25Fil-Mulej isib il-ġustizzja u jitfaħħar
in-nisel kollu ta’ Iżrael.’
Actualmente seleccionado:
ISAIJA 45: MB20
Destacar
Compartir
Copiar
¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.