Sa mill-bidu ngħarraf it-tmiem,
u sa minn qabel dak li ma seħħx,
u ngħid: ‘Il-ħsieb tiegħi għad iseħħ,
u nagħmel kulma rrid:
insejjaħ tajra tal-priża mil-Lvant,
mill-art imbiegħda l-bniedem li jtemm ħsiebi.
Hekk tkellimt u hekk nagħmel;
hekk iddeċidejt, u nagħmel hekk.