1
ISAIJA 54:17
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Ebda arma magħmula kontrik ma tiswa, u kull ilsien li jħaqqaq kontrik toħorġu b’ħati. Din hi x-xorti tal-qaddejja tal-Mulej; mingħandi jieħdu r-raġun,” oraklu tal-Mulej.
Comparar
Explorar ISAIJA 54:17
2
ISAIJA 54:10
Jistgħu jitħarrku l-muntanji, jitheżżu l-għoljiet, imma mħabbti minn miegħek ma titħarrikx, u s-sliem tal-patt tiegħi ma jitheżżiżx, jgħid il-Mulej li jħenn għalik.
Explorar ISAIJA 54:10
3
ISAIJA 54:4
Tibżax, int ma jkollokx mniex tistħi! Tħammarx aktar wiċċek, għax għajb ma jkollokx aktar. Int għad tinsa l-għajb ta’ rmulitek, ma tiftakarx iżjed fil-mistħija tar-romol tiegħek.
Explorar ISAIJA 54:4
4
ISAIJA 54:5
L-għarus tiegħek il-Ħallieq tiegħek, Jaħweh tal-eżerċti jismu; il-feddej tiegħek, il-Qaddis ta’ Iżrael, ‘Alla tal-art kollha’ jissejjaħ.
Explorar ISAIJA 54:5
5
ISAIJA 54:2
Kabbar il-post tal-għarix tiegħek, wessa’ t-tined tal-għamajjar tiegħek, tibżax għalihom; tawwal il-ħbula tiegħek, waħħal tajjeb il-kunjardi.
Explorar ISAIJA 54:2
6
ISAIJA 54:13
Uliedek ilkoll ikunu mgħallma mill-Mulej, kbir għad ikun ġid uliedek.
Explorar ISAIJA 54:13
7
ISAIJA 54:8
Fis-saħna tal-korla ħbejt wiċċi għal ftit minnek; bi mħabba ta’ dejjem inħenn għalik, jgħid il-Mulej, il-Feddej tiegħek.
Explorar ISAIJA 54:8
8
ISAIJA 54:7
Għal ftit jien tlaqtek; imma bi mħabba bla qjies jien nerġa’ niġbrok.
Explorar ISAIJA 54:7
9
ISAIJA 54:9
Dan għalija bħal fi żmien Noè, meta ħlift li l-ilma ma jerġax jgħarraq l-art. Hekk naħlef issa li ma nisħonx aktar għalik, u lanqas ma nċanfrek.
Explorar ISAIJA 54:9
10
ISAIJA 54:12
Nagħmel l-amberżuni ta’ swarek tar-rubini, u bwiebek tal-karbunkli, u d-dawra tas-swar tal-ħaġar prezzjuż.
Explorar ISAIJA 54:12
Inicio
Biblia
Planes
Videos