YouVersion Logo
Search Icon

MARK 6

6
Kapitlu 6
In-nies ta’ Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù
(Mt 13,56-58; Lq 4,16-30)
1Telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu#6,1: Pajjiżu: Nazaret, fejn trabba; ara 1,23. u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. 2Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh?#Ġw 7,15. 3Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu#6,3: Ħu: ara nota Mt 12,46. Ġakbu u Ġosè u Ġuda u Xmun? U ħutu l-bniet mhumiex hawn magħna?” U huma skandalizzaw ruħhom minħabba fih.#Mk 3,31; Ġw 6,42. 4Qalilhom Ġesù: “Ebda profeta ma hu bla ġieħ jekk mhux f’pajjiżu u fost qrabatu u f’daru stess.”#Ġw 4,44. 5U hemmhekk ma sata’ jagħmel ebda miraklu, ħlief li qiegħed idejh fuq ftit morda u fejjaqhom;#Mt 9,18; 14,14; Lq 4,40; 13,13; Atti 9,12.17; 28,8. 6u baqa’ mistagħġeb bin-nuqqas ta’ fidi tagħhom.
Il-missjoni tat-Tnax
(Mt 10,1.14; Lq 9,1-6)
U mar idur l-irħula ta’ dawk l-inħawi jgħallem. 7U sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena.#Lq 10,1. 8U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom;#Lq 10,4. 9imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. 10Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk.#Lq 10,7. 11U jekk xi post ma jilqagħkomx u ma jisimgħukomx, itilqu minn hemm u farfru t-trab minn taħt saqajkom#6,11: Farfru t-trab minn taħt saqajkom: l-appostlu, il-mibgħut, jgħabbihom bir-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ fidi tagħhom. bħala xhieda kontrihom.”#Mt 8,4; 10,18; Lq 5,14; 10,11; Atti 13,51. 12Ħarġu mela jxandru biex in-nies jindmu; 13u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejquhom.#Mt 14,14; Ġak 5,14.
Il-qtil ta’ Ġwanni l-Battista
(Mt 14,1-2; Lq 9,7-9)
14Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.”#Mt 16,14; Mk 8,28; Lq 9,19. 15Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija#6,15: Dan Elija: ara nota Mt 11,14..” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra.” 16Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.”
17Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs#6,17: Fil-ħabs: Erodi Antipa għalaq lil Ġwanni fil-fortizza ta’ Makeronti fuq il-Lvant tal-Baħar il-Mejjet. Erodja: mart Filippu bin Erodi l-Kbir minn Marjammi. Iktar tard iżżewġet lil Erodi Antipa, ħu Aristobolu, kontra l-Liġi; ara Lev 18,16; 20,21. minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu.#Lq 3,19-20. 18Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.”#Lev 18,16. 19Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, 20għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’ minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu.
21Mela wasal jum tajjeb, meta Erodi għalaq sninu u għamel ikla lill-kbarat tiegħu, lill-fizzjali l-għolja u lill-aqwa nies tal-Galilija. 22Bint Erodja daħlet tiżfen, u għoġbot lil Erodi u lill-mistednin tiegħu. Is-sultan qal lit-tfajla: “Itlobni kulma trid, u jien nagħtik kulma titlobni.” 23U qalilha u ħalfilha: “Titlobni x’titlobni kollox nagħtik, imqar nofs is-saltna tiegħi.”#Est 5,3-6; 7,2. 24Dik ħarġet u marret tistaqsi lil ommha: “Tgħid x’nitolbu?” “Ras Ġwanni l-Battista,” weġbitha dik. 25Malajr reġgħet daħlet tgħaġġel quddiem is-sultan, talbitu u qaltlu: “Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt.” 26Tnikket għall-aħħar is-sultan, iżda minħabba l-ġurament u l-mistednin ma riedx jarġa’ lura mill-kelma li taha. 27Malajr is-sultan bagħat suldat minn ta’ madwaru u ordnalu li jġiblu rasu. Dak mar u qatagħlu rasu fil-ħabs; 28imbagħad ġiebha fuq platt u taha lit-tfajla, u t-tfajla marret tatha lil ommha. 29Meta d-dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh ġo qabar.#Mt 27,59-60; Lq 23,52-53.
Ġesù jitma’ ħamest elef ruħ
(Mt 14,13-21; Lq 9,10-17; Ġw 6,1-13)
30L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu.#Lq 10,17. 31U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit.” Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.#Mk 3,20. 32Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, 33imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom.
34Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.#Num 27,17; 1 Slat 22,17; 2 Kron 18,16; Ġdt 11,19; Eżek 34,8; Żak 10,2; Mt 9,36; 15,32; Mk 8,2. 35Meta kien sar il-ħin ġmielu, resqu d-dixxipli tiegħu u qalulu: “Dan post imwarrab, u ġa sar ħafna ħin.#Mt 15,32-38; Mk 8,1-9. 36Ibgħathom, ħa jmorru fl-irziezet u fl-irħula tal-qrib jixtru xi ħaġa x’jieklu.” 37Iżda hu weġibhom: “Agħtuhom intom x’jieklu.” Qalulu: “U aħna se mmorru nixtru b’mitejn dinar#6,37: Dinar: ara nota Mt 20,2. ħobż biex nagħtuhom x’jieklu?” 38Imbagħad staqsiehom: “Xi kemm għandkom ħobż? Morru araw.” Meta saru jafu, qalulu: “Ħamsa, u żewġ ħutiet.” 39Imbagħad ordnalhom iqiegħdu lil kulħadd bilqiegħda, ġemgħa ġemgħa, fuq il-ħaxix aħdar. 40U n-nies inxteħtet fl-art mija mija, u ħamsin ħamsin. 41Hu ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet, u ta l-kisriet lid-dixxipli tiegħu biex inewluhom lin-nies quddiemhom, u qasam ukoll iż-żewġ ħutiet bejniethom ilkoll. 42U kulħadd kiel u xaba’. 43U ġabru l-bċejjeċ li fadal mill-ħobż u l-ħut u mlew tnax-il qoffa; 44u kienu ħamest elef raġel dawk li kielu mill-ħobż!
Ġesù jimxi fuq l-ilma
(Mt 14,22-33; Ġw 6,16-21)
45Minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru x-xatt l-ieħor qablu, lejn Betsajda, sakemm hu jibgħat in-nies. 46Wara li sellmilhom u ħalliehom, tala’ fuq l-għoljiet biex jitlob.#Mk 1,35; Lq 5,16; 6,12; 9,28. 47Xħin sar filgħaxija d-dgħajsa kienet għadha f’nofs il-baħar#6,47: F’nofs il-baħar: il-baħar tal-Galilija; ara nota Mt 4,18., u hu waħdu l-art. 48Kif rahom jitħabtu jaqdfu, għax kellhom ir-riħ għal wiċċhom, għal xi r-raba’ sahra#6,48: Ir-raba’ sahra: il-Lhud f’dak iż-żmien kienu jqassmu l-lejl f’erba’ għases ta’ tliet sigħat il-waħda; ir-raba’ kienet l-aħħar waħda, u taħbat bejn it-tlieta u s-sitta ta’ filgħodu. tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar, u ried jgħaddihom. 49Huma rawh miexi fuq il-baħar u stħajluh xi fantażma, u qabdu jgħajtu,#Lq 24,37. 50għax ilkoll tbeżżgħu kif rawh. Iżda hu minnufih kellimhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn.” 51Imbagħad tala’ ħdejhom fid-dgħajsa, u r-riħ waqaf. U komplew tnixxfu fihom infushom bil-għaġeb,#Mk 4,39. 52għax il-miraklu tal-ħobż ma kinux fehmuh, imma moħħhom kien magħluq#6,52: Moħħhom kien magħluq: litteralment qalbhom kienet magħluqa..#Mk 8,17.
Ġesù jfejjaq il-morda f’Ġennesaret
(Mt 14,34-36)
53Wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret#6,53: Ġennesaret: ara nota Mt 14,34. u rabtu d-dgħajsa max-xatt. 54Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh 55u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. 56Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu.

Currently Selected:

MARK 6: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in