YouVersion Logo
Search Icon

MARK 7

7
Kapitlu 7
It-tradizzjonijiet tal-antenati
(Mt 15,1-9)
1Il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejh, 2u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin.#Lq 11,38. 3Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa; 4hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż.#Mt 23,25; Lq 11,39. 5Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skont it-tradizzjoni ta’ missirijiethom, imma jieklu b’idejhom mhumiex indaf?” 6Iżda hu weġibhom: “Sewwa ħabbar Isaija fuqkom, ja nies ta’ wiċċ b’ieħor, bħalma hu miktub,
‘Dan il-poplu # 7,6: Dan il-poplu …: Ċitazzjoni mill-memorija minn Is 29,13 skont il-verżjoni Griega. bix-xufftejn biss jagħtini
ġieħ, imma qalbhom hija ’l bogħod minni.
7 Fiergħa hi l-qima li jagħtuni;
jgħallmu duttrina
li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin.’
8Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin.” 9U qalilhom: “Ħelu ħelu ġġibu fix-xejn il-kmandamenti ta’ Alla biex tħarsu t-tradizzjoni tagħkom. 10Mosè qal, ‘Weġġaħ lil missierek u ’l ommok’ u ‘min iżeblaħ lil missieru jew ’l ommu għandu jieħu l-mewt’.#Eż 20,12; 21,17; Dt 5,16; Lev 20,9; Ef 6,2. 11Imma intom tgħidu: Jekk wieħed jgħid lil missieru jew ’l ommu, ‘Il-ġid li għandi, li jista’ jkun ta’ għajnuna għalik, huwa Qorban#7,11: Qorban: kelma Aramajka li tfisser offerta lil Alla.’ (jiġifieri, offerta)’ 12intom mbagħad ma tħalluh jagħmel xejn iżjed għal missieru jew ommu, 13u hekk iġġibu fix-xejn il-kelma ta’ Alla bit-tradizzjoni li tgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. U bosta ħwejjeġ oħra bħal dawn tagħmlu.”
X’inhu li jtabba’ lill-bniedem
(Mt 15,10-20)
14Raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! 15Ma hemm xejn#7,15: Ma hemm xejn: Xi manuskritti jżidu il-v.16: Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’ ħa jisma’. F’ħafna manuskritti oħra importanti ma nsibuhx; jista’ jkun li xi skriba ġiebu minn 4,9 jew 4,23. minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem.”
17Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola.#Mt 13,36; Mk 4,10; Lq 8,9. 18U hu qalilhom: “Intom ukoll daqshekk bla moħħ? Ma tifhmux li xejn ma jista’ jtabba’ lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih minn barra, 19la darba dan mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad jintrema fil-ħofra?” B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi. 20U qalilhom: “Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem. 21Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena, żina, serq, qtil,#Rum 1,29-31; 1 Kor 5,11; 6,9-10; Gal 5,19-21; Ef 5,3-4; Kol 3,5; 1 Tim 1,9-10; 2 Tim 3,2-4; 1 Pt 4,3; Apk 21,8; 22,15. 22adulterju, regħba, ħażen, qerq, libertinaġġ, għira, malafama, suppervja u bluha. 23Dal-ħażen kollu minn ġewwa joħroġ u jtabba’ lill-bniedem.”
Il-fidi tal-mara Sirofeniċja
(Mt 15,21-28)
24Minn hemmhekk telaq u mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir#7,24: Tir: ara nota Mt 11,22.. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, 25għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh.#Lq 4,40; 12,13; Atti 9,12-17; 28,8. 26Issa din il-mara kienet Griega, Sirofeniċja#7,26: Sirofeniċja: din il-mara Griega, jiġifieri pagana, kienet minn nisel il-Feniċi l-antiki li kienu jgħammru fil-provinċja Rumana tas-Sirja; ara nota Mt 15,22. min-nisel tagħha. Bdiet mela titolbu biex ikeċċi x-xitan minn ġo bintha. 27U hu qalilha: “L-ewwel ħa jixbgħu l-ulied, għax mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu lill-ġriewi.” 28Iżda hi weġbitu u qaltlu: “Hekk hu, Mulej; imma taħt il-mejda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak mill-ħobż tat-tfal.” 29Imbagħad qalilha: “Għal din il-kelma li għedt, mur, ix-xitan ħareġ minn bintek.” 30U xħin marret id-dar, sabet it-tifla mimduda, u x-xitan kien ħareġ minnha.
Ġesù jfejjaq trux u mbikkem
31Raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli#7,31: Dekapoli: ara nota Mt 4,25.. 32U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu.#Mt 9,18; Mk 5,23; 8,23. 33Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu.#Mk 8,23. 34Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: “Effata#7,34: Effata: kelma Aramajka mill-istess għerq bħall-verb Malti fetaħ.,” jiġifieri, “Infetaħ!”#Mt 14,19; Mk 6,41. 35U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa. 36Ġesù wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh.#Mk 1,44-45; 5,43. 37U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: “Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.”#Is 35,5-6.

Currently Selected:

MARK 7: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in