Hu ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet, u ta l-kisriet lid-dixxipli tiegħu biex inewluhom lin-nies quddiemhom, u qasam ukoll iż-żewġ ħutiet bejniethom ilkoll. U kulħadd kiel u xaba’. U ġabru l-bċejjeċ li fadal mill-ħobż u l-ħut u mlew tnax-il qoffa