ISAIJA 51
51
Kapitlu 51
Għall-faraġ ta’ Sijon
1Isimgħuni, intom li tiġru wara l-ġustizzja;
intom li tfittxu lill-Mulej.
Ħarsu lejn il-blata mnejn inqtajtu#51,1: Il-blata mnejn inqtajtu: ir-razza ta’ nies nobbli li minnha tnissiltu.,
lejn il-barriera mnejn itteħidtu.#Mt 5,6; 6,33; Rum 9,30-31.
2Ħarsu lejn Abraham missierkom,
u lejn Sarah li wilditkom.
Meta kien waħdu jien sejjaħtlu,
u beriktu u kattartu bis-sħiħ.#Ġen 12,1-3; 22,17; Eżek 33,24.
3Għax il-Mulej iħenn għal Sijon;
iħenn għall-ħrieb kollha tagħha.
Jagħmel Għeden mid-deżert
u ġnien tal-Mulej mix-xagħri tagħha.
Fiha jinsabu ferħ u hena,
tifħir u għana bid-daqq.#Ġen 2,8-17; Eżek 36,35; Apk 2,7; 22,1-2.
4“Isma’ minni, poplu tiegħi,
u int, ġensi, agħtini widen.
Għax tagħlim joħroġ mingħandi;
u s-sewwa tiegħi jkun dawl għall-popli.#Is 2,3.
5Qorbot il-ġustizzja tiegħi;
ħarġet is-salvazzjoni tiegħi.
Driegħi jagħmel ħaqq mill-popli;
fija jittamaw il-gżejjer,
u ’l driegħi jistennew.
6Erfgħu għajnejkom lejn is-smewwiet,
u ħarsu lejn l-art hawn taħt.
Is-smewwiet jgħibu bħad-duħħan,
l-art bħal-libsa titherra;
u jmut bħan-nemus min jgħammar fiha.
Imma s-salvazzjoni tiegħi tibqa’ għal dejjem#51,6: Is-salvazzjoni tiegħi tibqa’ għal dejjem: mhux bħall-ħlejjaq l-oħra; ara Mt 24,35.,
u l-ġustizzja tiegħi ma tonqos qatt.#S 102,26-27; Is 56,1; Mt 24,35; Lhud 1,11; Apk 20,11; 2 Pt 3,7-12.
7Isimgħuni, intom li tagħrfu l-ġustizzja;
poplu li għandek il-liġi tiegħi f’qalbek.
La tibżgħux mit-tagħjir tan-nies;
u minn tkasbirhom la tiregħxux.
8Għax bħal biċċa drapp tikolhom il-kamla,
u bħas-suf jikolhom il-wirdien.
Il-ġustizzja tiegħi tibqa’ għal dejjem;
u s-salvazzjoni tiegħi minn nisel għal nisel.#Is 50,9.
9Stenbaħ, stenbaħ, xidd il-qawwa, driegħ il-Mulej!
Stenbaħ bħal fi żmien il-qedem,
fiż-żminijiet li ilhom li għaddew.
Mhux int kont li għamilt bċejjeċ lil Raħab,
li niffidt lid-Dragun#51,9: Raħab … Dragun: ara 27,1; 30,7; S 74,13.?#Ġob 3,8; 7,12; 9,13; 26,12; S 74,13; 89,11; Is 30,7; 40,3.
10Mhux int li nixxift il-baħar,
l-ilma tal-abbissi l-kbar#51,10: L-ilma tal-abbissi l-kbar: ara Ġen 1,2.?
Mhux int li għamilt triq fl-ibħra,
biex jgħaddu l-mifdija?
11Lura jerġgħu l-mifdija tal-Mulej,
u jidħlu f’Sijon b’għajjat ta’ ferħ.
Iroxx fuqhom hena għal dejjem;
hena u ferħ jiksbu,
u jgħibu n-niket u t-tnehid!#Is 35,10.
12Jiena, jien hu li nfarraġkom!
Min int biex tibża’ minn bniedem li jmut?
Minn bin Adam li bħal ħaxix jitqies?#Is 40,7.
13Int insejt il-Mulej il-ħallieq tiegħek,
li firex is-smewwiet,
u sejjes l-art.
Il-jum kollu kont imbeżża’
mill-qilla tal-oppressur.
Kien ifittex li jeqirdek,
imma issa fejn hi l-qilla tiegħu?#Dt 32,5-15.
14Il-milwi taħtha dalwaqt jinħeles,
ma jmutx u ma jwaddbuhx fil-ħofra,
u lanqas ma jonqsu l-ħobż.
15Jiena hu l-Mulej Alla tiegħek,
dak li jqanqal il-baħar,
u jgargru l-imwieġ tiegħu,
Jaħweh tal-eżerċti jismu.#Ġer 31,35.
16Jien qegħedt kliemi fuq fommok,
u b’dell idi għattejtek,
biex frixt is-smewwiet,
u sejjist l-art,
u għedt lil Sijon:
“Inti l-poplu tiegħi.”#Is 59,21.
17Stenbaħ! Stenbaħ! Qum Ġerusalemm!
Int li xrobt il-kus ta’ għadbu minn id il-Mulej,
xrobt it-tazza tal-mejt sal-qiegħ.#Is 52,1; Ġer 25,15-17; Eżek 23,32-34.
18Ma kellha l-ħadd li jmexxiha,
minn fost l-ulied li wildet.
Ma kien hemm ħadd li joħdilha idha,
minn fost uliedha li rabbiet.
19Żewġ ħsarat laħquk,
min se jħenn għalik?
ħerba u qerda;
ġuħ u xabla.
Min sa jfarrġek?#Ġer 15,5; Naħ 3,7.
20Uliedek mitruħa mitluqa ma’ kull kantuniera,
bħal għażżiela maqbuda f’xibka.
Mimlija bil-qilla tal-Mulej,
bit-tehdid ta’ Alla tiegħek.
21Għalhekk isma’ din, imsejkna,
sakrana, imma mhux bl-inbid.#Is 29,9.
22Dan jgħid sidek il-Mulej,
Alla tiegħek li jaqbeż għall-poplu tiegħu:
“Arani, jien neħodlok minn idek il-kus tal-mejt;
it-tazza ta’ għadbi ma tixrobhiex aktar.
23U nqegħedha f’idejn dawk li ħaqruk,
dawk li qalulek:
‘Tgħawweġ ħa ngħaddu minn fuqek.’
U int dahrek għamiltu bħal qiegħa tal-art,
u bħal triq biex jgħaddu minnha n-nies.
Actualmente seleccionado:
ISAIJA 51: MB20
Destacar
Compartir
Copiar
¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.