ISAIJA 50
50
Kapitlu 50
1Dan jgħid il-Mulej:
“Fejn hi l-kitba tad-divorzju#50,1: Fejn hi l-kitba tad-divorzju: Alla kkastigahom, iżda ma keċċihomx għal dejjem. Biex divorzju jkun jgħodd, kien irid ikun hemm kitba tad-divorzju, inkella ma jkunx jiswa.,
li biha keċċejt lil ommkom?
Jew min hu dak li jien imdejjen miegħu
u li begħtkom lilu?
Arawni, minħabba ħżunitkom begħtkom,
u minħabba dnubietkom keċċejt lil ommkom.#Dt 24,1-4; Is 52,3; 54,6-8; Ġer 3,6-8; Hos 2,4-9; Bar 4,6; Mt 19,3; Mk 10,2-4.
2Għaliex meta ġejt ma kien hemm ħadd?
Meta sejjaħt ma kien hemm ħadd li jwieġeb?
Jaqaw idi qsaret li ma tistax tifdi?
M’għandix forsi qawwa biex neħles?
Arawni, b’tehdida jien innixxef il-baħar,
nagħmel deżert mix-xmajjar;
il-ħut irejjaħ bin-nuqqas ta’ ilma,
u jmut bil-għatx.#Eż 7,18; Num 11,23; S 105,29; 106,9; 107,33; Is 65,12; 66,4; Naħ 1,4; Apk 3,20.
3Inlibbes is-smewwiet bis-swied,
u bl-ixkejjer niksihom.”#Apk 6,12.
L-ubbidjenza tal-Qaddej tal-Mulej
4Sidi l-Mulej tani#50,4-11: Sidi l-Mulej tani: It-tielet oraklu tal-Qaddej tal-Mulej. lsien ta’ wieħed jitgħallem,
biex nagħraf ngħin lill-għajjien b’xi kelma.
Ta’ kull filgħodu jqajjimli ’l widinti,
biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem.#Is 42; Ġw 3,11.
5Sidi l-Mulej fetaħli widinti,
u jiena ma webbistx rasi,
ma rġajtx lura#50,5: Ma rġajtx lura: il-Qaddej jobdi lill-Mulej minkejja l-umilazzjonijiet li sab ruħu fihom..#Is 52,13—53,12.
6Tajt dahri lil dawk li kienu jsawtuni,
ħaddejja lil dawk li kienu jnittfuli lħiti;
ma ħbejtx wiċċi mit-tagħjir u l-bżieq,#2 Sam 10,4-6; Mt 26,67; 27,30.
7Sidi l-Mulej jgħinni,
għalhekk ma nitħawwadx;
għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied:
jien naf li ma jkollix mniex nistħi.#S 25,3; Eżek 3,8-9.
8Dak li jagħmel ġustizzja miegħi jinsab fil-qrib.
Min se jeħodha miegħi?
Ħa noqogħdu għall-ħaqq flimkien!
Min hu kontrija?
Ħa jersaq lejja!#Rum 8,31-33; Lhud 1,11.
9Ara, Sidi l-Mulej jgħinni:
min se jagħtini t-tort?
Arahom ilkoll kemm huma jitmermru bħal libsa,
u tikolhom il-kamla.#S 102,27; Is 51,6-8; Hos 5,12.
10Min minnkom jibża’ mill-Mulej,
ħa jisma’ l-kelma tal-qaddej tiegħu.
Min jimxi fid-dlam b’ebda dawl fih,
ħa jittama fil-Mulej, u jistrieħ fuq Alla tiegħu.#Is 42,16; 43,1-2; 44,1-2; Ġw 3,11.
11Araw, intom ilkoll tkebbsu n-nar,
u tqabbdu l-vleġeġ mixgħula.
Imxu mela, fid-dawl ta’ narkom,
qalb il-vleġeġ li qabbadtu.
Dan jiġrilkom minn idejja:
fl-uġigħ għad timteddu.#S 7,14.
Actualmente seleccionado:
ISAIJA 50: MB20
Destacar
Compartir
Copiar
¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.