Logo de YouVersion
Ícono Búsqueda

ISAIJA 44

44
Kapitlu 44
Il-Mulej waħdu Alla
1U issa, isma’, Ġakobb il-qaddej tiegħi,
Iżrael, il-maħtur tiegħi.#Is 41,8.
2Dan jgħid il-Mulej, li għamlek,
dak li sawrek sa mill-ġuf,
l-għajnuna tiegħek.
La tibżax, Ġakobb, il-qaddej tiegħi;
Ġesurun#44,2: Ġesurun: l-għażiż tiegħi; ara Dt 32,15; 33,5., li jien għażilt.#Dt 32,15; 33,26; Is 43,1; 44,24.
3Għax jiena nsawwab l-ilma fuq l-art għatxana,
u xmajjar fuq in-niexef;
hekk fuq nislek insawwab l-ispirtu tiegħi,
u l-barka tiegħi fuq uliedek.#Is 11,2; 42,1; Ġw 7,38-39.
4Jinbtu bħal ħaxix f’nofs l-ilma,
bħaż-żafżâf ħdejn l-ilma ġieri.
5Min jgħid: ‘jiena tal-Mulej,’
u l-ieħor jissejjaħ b’isem Ġakobb,
u ieħor jikteb fuq idu: ‘Tal-Mulej#44,5: Jikteb fuq idu ‘Tal-Mulej’: is-sidien Babiloniżi kienu jiktbu jew ipinġu isem l-ilsir fuq idu b’sinjal ta’ proprjetà; ara Apk 13,16.,’
u jitlaqqam b’isem Iżrael.”#Is 43,7; 45,14.
6Dan jgħid il-Mulej, is-Sultan ta’ Iżrael;
u l-feddej tiegħek, il-Mulej tal-eżerċti:
“Jien l-ewwel u Jiena l-aħħar,
u ħliefi m’hemmx alla ieħor.#Dt 32,39; Is 41,4-14; 42,8; 43,8-13; 48,12; Apk 1,8-17; 21,6; 22,13.
7Min hu bħali? Ħa jqum jitkellem,
ħa jxandru u jippruvahuli!
Min qatt mill-qedem ħabbar il-ġejjieni?
Ħa jbassrilna kulma għad isir.
8La tibżgħux, la tinkwetawx:
Ma ħabbartlekx u ma għarraftekx minn qabel?
Intom ix-xhieda tiegħi!
Hemm xi alla ieħor għajri,
jew xi blata#44,8: Blata: Alla waħdu hu fortizza għall-poplu tiegħu; ara Dt 32,4-18; 1 Sam 2,2. oħra ħliefi?
Jekk hemm, ma nafx.#Dt 32,4; Is 17,10; 43,10-12; 45,21.
Il-bluha tal-allat foloz
9Dawk li jaħdmu l-idoli kollha bla moħħ,
u x-xogħol għażiż għalihom ma jiswa xejn.
Huma stess ix-xhieda: ma jarawx, ma jifhmux,
imisshom jistħu.#Ġer 2,26-28; 10,1-6.#Is 48,5-7.
10Min hu li jsawwar alla u jfassal xbieha tal-fondut
li ma tiswa għal xejn?
11Araw, sħabu kollha jkollhom jistħu,
in-nies tas-sengħa huma bnedmin.
Ħa jinġabru lkoll u jersqu ’l quddiem,
jitriegħdu u jistħu lkoll flimkien.
12Il-ħaddied jixħet il-ħadid fil-forġa,
jagħtih sura bil-martell,
u jirfinah b’qawwiet driegħu.
Jieħdu l-ġuħ, tonqsu s-saħħa;
u jekk ma jixrobx ilma jħossu mifni.#Għerf 13,11-13.
13Il-mastrudaxxa jiġbed il-ħajt,
u jħożżu bil-ġibs aħmar;
jonqxu bl-iskalpell,
u jkejlu bil-kumpass;
jagħmel xbieha ta’ bniedem,
bħal raġel sabiħ biex jgħammar f’dar.
14Imur jaqta’ l-injam taċ-ċedru,
jieħu xi biċċa tal-ballut jew ruvlu,
li jikber b’saħħtu fil-foresta,
jew iħawwel l-arżnu li x-xita tkabbar.
15Dan kollu jservi l-bniedem għat-tkebbis tan-nar:
biċċa minnu jieħdu għas-sħana,
b’oħra jqabbad il-forn ħa jaħmi l-ħobż,
u l-bqija biex jagħmel xi alla ħa jqimu;
jagħmel xi xbieha u jmil quddiemha.#Għerf 13,11-19.
16Nofsu jaħarqu fin-nar,
u fuq il-ġamar jixwi l-laħam,
u jiekol ix-xiwi u jixba’,
imbagħad jissaħħan u jgħid:
“Issa sħant, qiegħed inħoss in-nar!”
17Mill-fdal imbagħad jagħmel xi alla,
ix-xbieha mnaqqxa tiegħu.
Imil quddiemu u jadurah,
jitolbu u jgħidlu:
“Eħlisni, int alla tiegħi.”
18Dawn in-nies ma jafux u ma jifhmux,
għajnejhom għammdilhom li ma jarawx;
qalbhom għalqilhom li ma tifhimx.
19Ħadd ma jdaħħal f’qalbu;
u la jagħraf u lanqas jifhem,
u jgħid: “B’nofs il-ħatab kebbist in-nar,
fuq il-ġamar ħmejt il-ħobż;
xwejt il-laħam u kilt minnu.
Se nagħmel issa minn fdalu ħaġa mistkerrha,
u ninżel jien inqim iz-zokk ta’ siġra?”
20Bl-irmied jitpaxxa,
qalbu mogħwija tellfitu t-triq;
ma jistax jeħles u jgħid:
“Jaqaw mhix gidba li għandi f’leminti?”
Il-Mulej il-Feddej ta’ Iżrael
21Ftakar f’dan Ġakobb,
int Iżrael, għax int il-qaddej tiegħi!
Jien sawwartek, int il-qaddej tiegħi.
Iżrael, jien ma ninsiek qatt.#Is 41,8; 46,8; 49,14-16.
22Bħal sħaba neħħejtlek dnubietek,
u bħal ċpar ħtijietek.
Erġa’ lura għal għandi, għax jien fdejtek.
23Għannu, smewwiet,
għax il-Mulej għamel dan;
għajtu bil-ferħ, qigħan l-art.
Infexxu għannu, muntanji,
u l-foresta b’kull siġra fiha.
Għax il-Mulej feda lil Ġakobb,
u jitfaħħar b’Iżrael.#Ġer 51,48; Apk 12,12; 18,20.
24Dan jgħid il-Mulej, il-feddej tiegħek,
li sawwartek sa mill-ġuf:
“Jiena hu l-Mulej li għamilt kollox,
waħdi frixt is-smewwiet u meddejt l-art.
U min kien miegħi?
25Jiena hu li nxejjen is-sinjali tas-saħħara;
u noħroġ ta’ boloh il-ħabbarin,
li rraġġa’ lura lill-għorrief,
u għerfhom nagħmlu bluha.#1 Kor 1,20.
26Jiena hu li nwettaq kliem il-qaddej tiegħi,
u ntemm il-ħsieb li jxandru l-messaġġiera tiegħi.
Jiena hu li ngħid lil Ġerusalemm:
‘Għad jerġgħu jgħammru fik’.
U lill-ibliet ta’ Ġuda:
‘Terġgħu tinbnew’,
u ntella’ mill-ġdid il-ħerbiet tagħha.
27Jiena hu li ngħid lil qiegħ il-baħar:
‘Inxef! U nnixxef ix-xmajjar tiegħek.’#Is 42,15; 51,10.
28Jiena hu li ngħid lil Ċiru#44,28: Ċiru: sultan tal-Persja (559-529 QK), li rebaħ lill-Babiloniżi (538 QK), ħeles lil-Lhud u ħalliehom jerġgħu lura Ġerusalemm, jibnu t-tempju u, fuq kollox, jibnu n-nazzjon Lhudi mill-ġdid.:
‘Int tkun ir-ragħaj tiegħi,
li jtemm ix-xewqat tiegħi.’
U jgħid għal Ġerusalemm: ‘Ħa tinbena,’
u għat-tempju: ‘Ħa jqiegħdu l-pedament.’”#Ġer 3,15; Eżek 34,23.

Actualmente seleccionado:

ISAIJA 44: MB20

Destacar

Compartir

Copiar

None

¿Quieres guardar tus resaltados en todos tus dispositivos? Regístrate o Inicia sesión

Video de ISAIJA 44