YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 9

9
Kapitlu 9
L-għażla ta’ Iżrael
1Ngħidilkom is-sewwa fi Kristu, m’iniex nigdeb, tixhidli l-istess kuxjenza tiegħi fl-Ispirtu s-Santu, 2li jiena mnikket għall-aħħar, u dejjem qalbi maqsuma; 3nixtieq li kont jiena stess maqtugħ minn Kristu minħabba f’ħuti#9,3: Maqtugħ minn Kristu minħabba f’ħuti: jiġifieri mwarrab mill-komunità nisranija u misħut; ara 1 Kor 16,22., nies ġensi skont il-ġisem:#Eż 32,32. 4l-Iżraelin. Tagħhom hija l-adozzjoni ta’ wlied Alla u l-glorja, il-pattijiet u l-Liġi, il-liturġija u l-wegħdiet;#Eż 4,22; Dt 7,6; 14,1-2. 5tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skont il-ġisem, ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem ta’ dejjem. Ammen!#S 41,14; Mt 1,16; Lq 3,23-28; Ġw 1,1; Rum 1,25.
6Mhux li l-wegħda ta’ Alla sfat fix-xejn; għax mhux dawk kollha li huma mnissla minn Iżrael#9,6: Imnissla minn Iżrael: Ġakobb, li ismu kien mibdul f’Iżrael; ara Ġen 32,29. huma Iżraelin.#Num 23,19; Rum 2,28. 7Mhux dawk kollha li huma min-nisel ta’ Abraham huma wliedu għax il-wegħda kienet din: “Minn Iżakk jissejjaħ in-nisel tiegħek.”#Ġen 21,12. 8Dan ifisser, mhux ulied il-ġisem huma wlied Alla, imma l-imwielda bis-saħħa tal-wegħda huma magħduda b’ulied Abraham.#Gal 4,23. 9Il-wegħda kienet tgħid: “Bħal dan iż-żmien jien nerġa’ niġi għandek u Sara jkollha iben.”#Ġen 18,10-14. 10U mhux hekk biss, imma l-istess ġara meta Rebekka kellha ż-żewġ uliedha minn Iżakk missierna.#Ġen 25,21. 11Kienu għadhom ma tweldux, bla ma kienu għadhom għamlu xejn la tajjeb u anqas ħażin - biex il-pjan tal-għażla ta’ Alla jseħħ bis-saħħa ta’ Alla, li sejjaħ, 12u mhux bis-saħħa tal-opri - Alla qalilha: “Il-kbir iservi liż-żgħir”#Ġen 25,23. 13kif inhu miktub ukoll:
“Ħabbejt lil Ġakobb
u bgħadt lil Għesaw # 9,13: Ħabbejt lil Ġakobb u bgħadt lil Għesaw: jiġifieri għażilt lil Ġakobb u warrabt lil Għesaw. .”#Mal 1,2-3.
14Xi ngħidu mela? Li Alla ma jagħmilx sewwa? Ma jkun qatt.#Dt 32,4. 15Alla qal lil Mosè:
“Inħenn għal min inħenn;
u nitħassar lil min nitħassar.” # Eż 33,19.
16Mhux x’wieħed irid jew kemm jitħabat li jgħodd, iżda għal min Alla jħenn.#Ef 2,8. 17L-Iskrittura tgħid lill-Fargħun: “Għalhekk qajjimtek, biex nuri l-qawwa tiegħi bik u nxandar ismi mal-art kollha.”#Eż 9,16. 18Hu jħenn għal min irid, u jwebbes il-qalb ta’ min irid.#Eż 4,21; 7,3; 9,12; 14,4-17.
Il-ħniena u l-korla ta’ Alla
19Imma tista’ tgħidli: “Għaliex jibqa’ jċanfar? Min jista’ jieqaf lir-rieda tiegħu?” 20Ja bniedem, int min int biex teħodha ma’ Alla? Forsi l-fuħħar jeħodha kontra l-ħaddiem u jgħidlu: “Għaliex għamiltni hekk?”#Għerf 12,12; Is 29,16; 45,9. 21Ma jistax il-ħaddiem tal-fuħħar jagħmel mit-taħlita tat-tafal oġġett ta’ ġieħ jew oġġett ta’ għajb?#Għerf 15,7; Ġer 18,6. 22Jekk Alla li jrid juri l-korla tiegħu u jgħarraf il-qawwa tiegħu, issaporta b’sabar kbir l-oġġetti tal-korla lesti għall-qerda;#Ġer 50,25. 23biex imbagħad jgħarraf l-għana tal-glorja tiegħu għall-oġġetti tal-ħniena, li hu ħejja għall-glorja minn qabel, jiġifieri,#Ef 1,3-12. 24lilna li hu sejjaħ, mhux biss mil-Lhud, imma wkoll mill-Ġentili#9,24: Imma wkoll mill-Ġentili: sentenza mhix kompluta. Eżempji oħra: 5,12; 15,23-24; 2 Kor 5,6-7; Ef 2,2; 3,1.25Bħalma jgħid fil-Ktieb ta’ Hosegħa:
“Insejjaħ lil dak li mhux poplu tiegħi:
‘Il-Poplu Tiegħi’
u lil dik li mhijiex maħbuba, ‘Maħbuba.’ # Hos 2,23.
26 U jiġri li fejn kienu jsejħulhom:
‘Intom m’intomx il-Poplu Tiegħi,’
hemm isejħulhom: ‘Ulied Alla l-Ħaj.’ ” # Hos 1,9.
27Isaija għolla leħnu u qal dwar Iżrael: “Ukoll jekk stess l-għadd ta’ wlied Iżrael ikun daqs ir-ramel tal-baħar, il-fdal biss isalva,#Is 10,22-23; Hos 1,9. 28għax il-Mulej dalwaqt jagħmel il-kont u jaqtagħha fil-qasir mad-dinja kollha.” 29Kif ukoll il-profeta Isaija qal minn qabel:
“Li kieku l-Mulej tal-eżerċti ma
ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma,
u ’l Gomorra konna nixbhu.” # Is 1,9.
30Xi ngħidu mela? Ngħidu dan: li l-pagani li ma kinux ifittxu l-ġustizzja kisbu l-ġustizzja, il-ġustizzja li ġejja mill-fidi;#Rum 10,21. 31imma Iżrael, li kienu jfittxu l-Liġi li tieħu għall-ġustizzja, ma laħqux l-iskop tal-Liġi.#Għerf 2,11; Rum 10,2-3. 32Għaliex? Għax ma fittxewhiex permezz tal-fidi, imma permezz tal-opri. Tfixklu fil-ġebla tat-tfixkil#Is 8,14. 33skont ma hu miktub:
“Arawni! Jien inqiegħed f’Sijon ġebla
għat-tfixkil u blata tat-tiġrif, u min
jemmen fiha ma jitħawwadx.” # Is 28,16; Rum 10,11; 1 Pt 2,6.8.

Currently Selected:

RUMANI 9: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in