YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 8

8
Kapitlu 8
Il-ħajja tal-Ispirtu
1Mela issa ma hemm ebda kundanna għal dawk li jgħixu fl-għaqda ma’ Kristu Ġesù. 2Għax il-liġi tal-Ispirtu li jagħti l-ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub#8,2: Ħelsitni mil-liġi tad-dnub: Mss oħra ħelsitek jew ħelsitna. u tal-mewt.#Rum 3,27; 7,23-24. 3Għax dak li ma felħitx tagħmel il-Liġi, għax kienet bla saħħa minħabba l-ġisem, għamlu Alla meta bagħat ’l Ibnu stess f’sura ta’ ġisem tad-dnub, bħala vittma għad-dnub#8,3: Vittma għad-dnub: jew suġġett għad-dnub; jew biex ipatti għad-dnub.. B’hekk ikkundanna d-dnub fil-ġisem,#Ġw 1,14; Atti 13,38; 15,10; Fil 2,7; Lhud 2,17; 4,15. 4biex dak li b’ġustizzja titlob il-Liġi jseħħ fina li ngħixu, imma skont l-Ispirtu u mhux skont il-ġisem.#Gal 5,16-25. 5Dawk li jgħixu skont il-ġisem, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-ġisem; dawk li jgħixu skont l-Ispirtu, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-Ispirtu. 6Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat tal-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem.#Rum 6,21; 7,5; 8,13. 7Għalhekk ix-xewqat tal-ġisem huma għedewwa ta’ Alla; ma joqogħdux għal-liġi ta’ Alla, u anqas jistgħu joqogħdu.#Mt 12,34; Ġw 8,43; 12,39; Ġak 4,4. 8Dawk li jgħixu skont il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla. 9Issa intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma tal-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom#8,9: Ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom: traduzzjoni oħra jekk tassew l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.. Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu.#1 Kor 3,16; 12,3. 10Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem#8,10: Il-ġisem: jiġifieri intom fil-personalità sħiħa tagħkom. hu mejjet minħabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba l-ġustizzja.#Gal 2,20; 1 Pt 4,6. 11Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom.
12Hekk mela, l-aħwa, aħna m’aħniex midjunin mal-ġisem biex ngħixu skont il-ġisem.#Rum 6,7-18. 13Għax jekk tgħixu skont il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu l-għemil tal-ġisem bl-Ispirtu, tgħixu.#Gal 6,8. 14Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta’ Alla huma wlied Alla. 15Għax intom ma rċevejtux l-ispirtu li jwassalkom għall-jasar biex terġgħu taqgħu fil-biża’, imma rċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi; u li bih aħna nistgħu ngħajtu: “Abba! Missier#8,15: Abba! Missier!: Abba, kelma Aramajka li tfisser pa: biha Ġesù kien isejjaħ lil Missieru, u l-Evanġelista Mark żammha fl-Evanġelju tiegħu; ara Mk 14,36; Gal 4,6. In-nisrani mela għandu l-privileġġ li jsejjaħ lil Alla bl-istess invokazzjoni li biha Ġesù, Ibnu Inkarnat, kien isejjaħlu.!”#Mk 14,36; Gal 4,5-6; 2 Tim 1,7. 16Dan l-Ispirtu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla.#2 Kor 1,22. 17Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta ta’ Alla, werrieta ma’ Kristu: ladarba aħna nbatu miegħu#8,17: Ladarba aħna nbatu miegħu: traduzzjoni oħra possibbli jekk tassew inbatu miegħu., biex miegħu nkunu gglorifikati.#Gal 4,7; Apk 21,7.
Il-glorja li ġejja
18Jiena għadni persważ li t-tbatijiet ta’ issa ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina.#2 Kor 4,17. 19Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla;#2 Kor 3,4. 20għax il-ħolqien jinsab taħt il-frugħa - mhux minn rajh, imma minħabba Alla#8,20: Minħabba Alla: traduzzjoni oħra ix-Xitan. li xeħtu taħtha -#Ġen 3,17-19; 5,29; Koħ 1,2. 21bit-tama li l-ħlejjaq huma wkoll għad ikunu meħlusa mill-jasar tat-taħsir u jiksbu l-ħelsien tal-glorja ta’ wlied Alla.#2 Pt 3,13; 1 Ġw 3,2. 22Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas; 23u mhux hu biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel frott tal-Ispirtu, aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew l-adozzjoni ta’ wlied, il-fidwa ta’ ġisimna.#2 Kor 5,2-4; Gal 5,5. 24Aħna salvi bit-tama. Meta wieħed jara l-ħwejjeġ li jkun ittama, ma tkunx aktar tama; għax kif jista’ wieħed jittama l-ħwejjeġ li ġa jkun ra?#2 Kor 5,7. 25Imma dak li qegħdin nittamaw, jekk m’aħniex narawh, qed nistennewh bis-sabar.
26Hekk ukoll l-Ispirtu, min-naħa tiegħu, jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem; 27u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skont ma jrid Alla.#S 139,1; 1 Kor 4,5. 28Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom#8,28: F’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom: Mss oħra Alla jaħdem f’kollox għall-ġid ma’ dawk li jħobbuh..#Ef 1,11; 3,11. 29Għax lil dawk li hu għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll biex jieħdu s-sura fuq ix-xbieha ta’ Ibnu#8,29: Xbieha ta’ Ibnu: Ġesù Kristu hu xbieha tal-Missier, u n-nisrani xbieha ta’ Kristu., ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa;#Kol 1,18; Lhud 1,6. 30lil dawk li ppredestinahom, sejħilhom ukoll; lil dawk li sejħilhom, iġġustifikahom ukoll; lil dawk imbagħad li ġġustifikahom, igglorifikahom ukoll.
Il-glorja tal-imħabba ta’ Alla
31Xi ngħid, mela, quddiem dan kollu? Jekk Alla hu magħna min jista’ jkun kontra tagħna?#S 118,6. 32Hu, li anqas lil Ibnu stess ma ħafirha, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex ukoll kollox miegħu?#Ġw 3,16. 33Min se jakkuża l-magħżulin ta’ Alla? Alla stess hu dak li jiġġustifikahom.#Is 50,8. 34Min se jikkundannahom? Kristu Ġesù li miet, jew aħjar, li qam mill-imwiet, jinsab fuq il-lemin ta’ Alla, hu li jidħol għalina.#S 110,1; 1 Ġw 2,1. 35Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? It-taħbit, id-dwejjaq, il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, it-tiġrib, ix-xabla? 36Bħalma hu miktub:
“Minħabba fik il-jum kollu jikkundannawna għall-mewt;
jgħodduna bħal nagħaġ għall-qatla.” # S 44,23; 2 Kor 4,11.
37Imma f’dan kollu aħna aktar minn rebbieħa bis-saħħa ta’ dak li ħabbna.#Ġw 16,33. 38Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat, 39la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.

Currently Selected:

RUMANI 8: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in