YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 10

10
Kapitlu 10
1L-aħwa, nixtieq tassew minn qalbi nitlob quddiem Alla li niesi jsalvaw. 2Jien xhud għalihom li huma għandhom il-ħeġġa għal Alla, iżda din mhijiex ħeġġa skont l-għerf veru.#Atti 22,3. 3Għax m’għarfux il-ġustizzja ta’ Alla, imma fittxew il-ġustizzja tagħhom, u għalhekk ma qagħdux għall-ġustizzja ta’ Alla.#Rum 9,31-32. 4L-iskop tal-Liġi hu Kristu għall-ġustizzja għal min jemmen fih.#Mt 5,17; Ġw 3,18.
Is-salvazzjoni għal kulħadd
5Fuq il-ġustizzja li tiġi mil-Liġi, Mosè kiteb: “Il-bniedem li jħarisha jgħix biha.”#Lev 18,5; Gal 3,12. 6U dwar il-ġustizzja li tiġi mill-fidi jgħid hekk: “Tgħidx f’qalbek, ‘Min sa jitla’ fis-sema?’ jiġifieri biex iniżżel lil Kristu;#Dt 30,12-14. 7anqas: ‘Min sa jinżel fil-qiegħ?’ jiġifieri, biex iġib lil Kristu mill-imwiet.” 8Imma xi tgħid l-Iskrittura?
“Il-kelma qiegħda ħdejk,
f’fommok u f’qalbek”;
jiġifieri, il-kelma tal-fidi li aħna nxandru. 9Għax jekk inti tistqarr b’fommok, “Ġesù hu l-Mulej”, u temmen b’qalbek li Alla qajmu mill-imwiet, inti ssalva. 10Wieħed jemmen f’qalbu biex ikollu l-ġustizzja u jistqarr b’xufftejh biex ikollu s-salvazzjoni. 11L-Iskrittura tgħid, “Kull min jemmen fih ma jintilifx.”#Is 28,16; Rum 9,33. 12Ma hemmx għażla bejn Lhudi u Grieg; hu s-Sid ta’ kulħadd u għani ma’ dawk kollha li jsejħulu.#Atti 10,34; 15,9. 13Għax kull min isejjaħ isem il-Mulej isalva.#Ġoel 3,5.
14Imma kif jistgħu jsejħu lil dak li ma jemmnux fih? Kif jistgħu jemmnu f’dak li ma semgħux bih? Kif jistgħu jisimgħu jekk ma jxandrulhomx? 15Kif jistgħu jxandrulhom jekk ma jkunux mibgħuta? Bħalma hemm miktub: “Kemm huma sbieħ riġlejn dawk li jħabbru l-ġid.”#Is 52,7; Naħ 2,1; Ef 6,15. 16Iżda mhux kulħadd qagħad għall-kelma tal-Evanġelju. Isaija ħabbar: “Mulej, min emmen il-kelma li sama’ mingħandna?”#Is 53,1; Ġw 12,38. 17Il-fidi, mela, tiġi mis-smigħ, u s-smigħ mix-xandir tal-kelma ta’ Kristu.#Ġw 17,20. 18Imma ngħid jien, jaqaw ma semgħux#10,18: Jaqaw ma semgħux: jiġifieri, l-Iżraelin.? Żgur li semgħu. L-Iskrittura tgħid:
“Leħinhom xtered mal-art kollha # 10,18: Leħinhom xtered mal-art kollha: jiġifieri l-leħen tal-messaġġiera tal-Evanġelju. ,
u l-kelma tagħhom laħqet truf id-dinja.” # S 19,4.
19Imma nistaqsi jien: “Jaqaw Iżrael ma fehemx?” L-ewwel ma jwieġeb Mosè:
“Jien inqajjimlek l-għira permezz ta’ ġens mhux poplu;
permezz ta’ poplu bla ras ngħaddabkom.” # Dt 32,21.
20Isaija mbagħad b’wiċċu minn quddiem jgħid:
“Sabuni dawk li ma kinux ifittxuni,
dhert lil dawk li ma kinux jistaqsu għalija.” # Is 65,1.
21U dwar Iżrael jissokta:
“Il-jum kollu jien ftaħt idejja lil poplu
li ma jemminx u li qam kontrija.”#Is 65,2.

Currently Selected:

RUMANI 10: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in