YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 15

15
Kapitlu 15
Fittxu għoġbu lil ħutkom
1Aħna li aħna sħaħ fil-fidi għandna ngħinu lid-dgħajfa jerfgħu l-piż tagħhom u mhux infittxu nogħġbu lilna nfusna. 2Kull wieħed minna għandu jfittex jogħġob lil għajru għall-ġid tiegħu.#Rum 14,19; 1 Kor 9,19; 10,24.33. 3Għax Kristu ma fittixx jogħġob lilu nnifsu, kif inhu miktub: “It-tagħjir ta’ dawk li għajru lilek waqa’ fuqi.”#S 69,9.
4Kulma nkiteb fl-Iskrittura fl-imgħoddi, inkiteb għat-tagħlim tagħna, biex bis-sabar u bil-faraġ li tagħtina l-Iskrittura, aħna jkollna t-tama.#Rum 4,23-24; 1 Kor 10,11. 5Alla, li minnu ġej kull sabar u faraġ, jagħtikom il-grazzja li tkunu fehma waħda bejnietkom skont Kristu Ġesù, 6biex b’fomm wieħed u b’qalb waħda tfaħħru lil Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu.
L-Evanġelju għal-Lhud u l-pagani
7Għalhekk ilqgħu lil xulxin bħalma Kristu wkoll laqa’ lilkom, għall-glorja ta’ Alla.#Rum 14,1. 8Jiena ngħidilkom li Kristu sar qaddej tal-Lhud ċirkonċiżi minħabba l-fedeltà ta’ Alla, biex iseħħu l-wegħdiet li għamel lill-Patrijarki,#Mt 15,24; Atti 3,25. 9u biex il-pagani wkoll ifaħħru lil Alla minħabba l-ħniena tiegħu bħalma hu miktub:
“Għalhekk jiena nfaħħrek fost il-ġnus u ngħanni tifħir ismek.” # S 18,49; Rum 11,30.
10U ttenni tgħid:
“Ifirħu, intom ġnus, flimkien mal-poplu tiegħu”; # Dt 32,43.
11u terġa’:
“Faħħru lill-Mulej, intom ġnus kollha, ħa jfaħħruh il-popli kollha.” # S 117,1.
12U jerġa’ jgħid ukoll Isaija:
“U joħroġ għerq minn Ġesse # 15,12: Għerq minn Ġesse: jiġifieri David. F’dan it-test il-Messija, David ġdid; ara Rt 4,17; 1 Sam 16,1. ;
iqum biex jaħkem il-ġnus # 15,12: Iqum biex jaħkem il-ġnus: il-partiċipju Grieg anistamenos jista’ jfisser iqum mill-imwiet. ;
u fih il-ġnus iqiegħdu t-tama tagħhom.” # Is 11,10; Apk 5,5.
13U Alla tat-tama jimliekom ilkoll bil-ferħ u s-sliem permezz tal-fidi tagħkom, sabiex it-tama tagħkom toktor bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Il-missjoni u x-xewqa ta’ Pawlu
14Jien żgur minnkom l-aħwa, li intom ilkoll mimlija bit-tjieba u bl-għerf kollu, kapaċi twiddbu lil xulxin. 15Imma jien għamilt il-qalb u ktibtilkom biex infakkarkom f’xi ħwejjeġ. Dan għamiltu bil-grazzja li tani Alla#Rum 1,5; 12,3. 16li nkun ministru ta’ Kristu Ġesù fost il-pagani, ikkonsagrat biex naħdem għall-Evanġelju ta’ Alla u nagħmel mill-ġnus offerta mqaddsa mill-Ispirtu s-Santu u li togħġob lil Alla#15,16: Li togħġob lil Alla: jew li tkun mogħġuba minn Alla..#Rum 11,13; Fil 2,17. 17Għalhekk jien għandi biex nitkabbar fi Kristu Ġesù fis-servizz tiegħi għal Alla. 18Ma nissogra nsemmi xejn, jekk mhux dak li għamel Kristu permezz tiegħi biex inwassal il-pagani għall-ubbidjenza#15,18: Għall-ubbidjenza: żid tal-fidi; ara 1,5. bil-kelma u bl-għemil,#2 Kor 3,5. 19bil-qawwa tas-sinjali u l-mirakli, bil-qawwa tal-Ispirtu ta’ Alla. Hekk permezz tiegħi seħħ ix-xandir tal-Evanġelju ta’ Kristu minn Ġerusalemm u l-inħawi ta’ madwarha sal-Illirja#15,19: L-Illirja: provinċja Rumana, bejn wieħed u ieħor l-inħawi li sa ftit ilu kienu jiffurmaw il-Jugoslavja.. 20Ix-xewqa tiegħi hi li nxandar l-Evanġelju fejn qatt ma ssemma Kristu, sabiex ma nkunx bnejt fuq sisien li jkun qiegħed ħaddieħor;#2 Kor 10,15-16. 21kif inhu miktub:
“Biex dawk li qatt ma kellhom l-aħbar jaraw;
u dawk li qatt ma semgħu bih jifhmuh.” # Is 52,15.
Pawlu jrid iżur Ruma
22Għalhekk dejjem kien hemm xi jżommni li niġi għandkom.#Rum 1,10-13. 23Issa, billi f’dawn l-inħawi ma għandix post ieħor fejn immur u billi minn ħafna snin ’l hawn kelli x-xewqa li niġi sa għandkom, 24nittama li meta nkun fi triqti lejn Spanja#15,24: Triqti lejn Spanja: fl-oriġinal sentenza oħra mhijiex kompluta; ara 9,24; 5,12; 2 Kor 5,6-7; Ef 2,1., ngħaddi narakom, jiena u għaddej minn hemm; u nieħu mingħandkom li jkolli bżonn għall-vjaġġ, wara li nkun gawdejt il-kumpanija tagħkom għal xi ftit żmien.#1 Kor 16,6. 25Issa sa mmur Ġerusalemm biex naqdi lill-qaddisin#15,25: Naqdi lill-qaddisin: jiġifieri biex inwassal il-karità lill-insara fqar ta’ Ġerusalemm; ara 1 Kor 16,1; 2 Kor 8,4; 9,12.;#Atti 19,21; 20,22. 26għax in-nies tal-Maċedonja#15,26: Maċedonja: ara 2 Kor 1,16. u l-Akaja#15,26: Akaja: ara 2 Kor 1,1. għoġobhom jaqsmu ġidhom mal-fqar li hemm Ġerusalemm fost il-qaddisin.#1 Kor 16,1; 2 Kor 8,1; 9,2-12. 27Hekk għoġobhom, iżda dan hu dmirhom: jekk il-pagani għandhom mingħand il-Lhud il-ġid spiritwali, huma fid-dmir li jservuhom fil-ħwejjeġ materjali.#Rum 9,4; 1 Kor 9,11. 28Meta nkun temmejt dan u nkun tajthom din il-ġabra, nitlaq lejn Spanja u ngħaddi għandkom. 29Jiena naf li meta nasal għandkom, il-miġja tiegħi tkun mimlija bil-barka ta’ Kristu.
30Inħeġġiġkom, l-aħwa, permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu u permezz tal-imħabba tal-Ispirtu, tqabdu miegħi intom u itolbu lil Alla għalija#2 Kor 1,11; Fil 2,7; Kol 4,3; 2 Tess 3,1. 31biex jeħlisni minn dawk fil-Lhudija li ma jemmnux#15,31: Biex jeħlisni minn dawk fil-Lhudija li ma jemmnux: Pawlu kien beżgħan li Ġerusalemm ma jilqgħuhx tajjeb, kif tabilħaqq ġralu. Hemm qamu kontrih, arrestawh, xeħtuh il-ħabs, u Ruma ma marx qabel ma kienu għaddew sitt snin u ħaduh priġunier; ara Atti 27-28., u biex is-servizz tiegħi jkun milqugħ tajjeb mill-qaddisin f’Ġerusalemm. 32Imbagħad, jekk Alla jrid, niġi għandkom ferħan u jkolli ftit tal-mistrieħ għandkom. 33Alla tas-sliem ikun magħkom ilkoll. Ammen.

Currently Selected:

RUMANI 15: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in