YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 16

16
Kapitlu 16
Rakkomandazzjonijiet u tislijiet
1Nirrikkmandalkom lil Febi oħtna, li qiegħda sservi lill-knisja ta’ Kenkri#16,1: Li qiegħda sservi lill-Knisja ta’ Kenkri: jew id-djakonessa tal-Knisja ta’ Kenkri. Kenkri: ara Atti 18,18. Fost dawn in-nies ħbieb tal-appostlu nsibu rġiel u nisa minn kull ġens: Griegi, Rumani, Lhud, u minn kull klassi soċjali; nies liberi, liberi li darba kienu lsiera, u lsiera. Prova ċara tal-universalità tal-Evanġelju u tal-qalb kbira ta’ Pawlu.; 2ilqgħuha fil-Mulej, kif jixraq lill-qaddisin, u agħtuha kulma teħtieġ mingħandkom, għax hi stess kienet ta’ għajnuna għal ħafna, u għalija wkoll.
3Selluli għal Priska u Akwila, li ħadmu miegħi fi Kristu Ġesù,#Atti 18,2-18. 4għax huma wkoll issugraw ħajjithom għalija biex isalvawni; u mhux jien biss għandi għax nirringrazzjahom iżda wkoll il-knejjes kollha tal-Ġentili; 5inselli wkoll għall-knisja li tiltaqa’ f’darhom. Sellu għal Epenetu, il-maħbub tiegħi, l-ewwel frott għal Kristu fl-Asja#16,5: L-Asja: ara 2 Kor 1,8..#1 Kor 16,15-19. 6Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom. 7Sellu għal Androniku u Ġunja, qraba tiegħi#16,7: Qraba tiegħi: jistgħu jkunu nies mill-istess familja, tribù, poplu jew razza; ara Rum 9,3; 16,11-21. u priġunieri miegħi, magħrufa fost l-appostli, u li emmnu fi Kristu qabli. 8Sellu għal Amplijatu, il-maħbub tiegħi fil-Mulej. 9Sellu għal Urbanu li ħadem magħna fi Kristu, u Staki l-maħbub tiegħi. 10Sellu għal Apelli li ta x-xhieda tiegħu nnifsu għal Kristu. Sellu għall-familja ta’ Aristobulu. 11Sellu għal Erodjon, il-qarib tiegħi. Sellu wkoll għal dawk li huma fil-Mulej fid-dar ta’ Narċissu. 12Sellu għal Trifena u Trifosa li qegħdin jitħabtu fil-Mulej. Sellu għal Persi l-maħbuba, li tħabtet ħafna fil-Mulej. 13Sellu għal Rufu l-magħżul fil-Mulej, u għall-omm tiegħu u tiegħi.#Mk 15,21. 14Sellu għal Asinkretu, Felgon, Ermi, Patroba, Erma, u l-aħwa li għandhom magħhom. 15Sellu għal Filologu u Ġulja, Nerija, u oħthom, u Olimpja, u l-qaddisin kollha li hemm magħkom. 16Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-knejjes kollha ta’ Kristu jsellmulkom.#1 Kor 16,20; 1 Pt 5,14.
17Inħeġġiġkom, l-aħwa, biex toqogħdu attenti minn dawk li jġibu l-firda u t-tfixkil kontra t-tagħlim li intom tgħallimtu, u żommu ’l bogħod minnhom.#Mt 7,15; Tit 3,10. 18Dawn mhumiex jaqdu lil Kristu Sidna, iżda l-passjonijiet tagħhom; bil-kliem u t-tmellis iqarrqu bil-qlub ta’ nies bla malizzja.#Kol 2,4; 2 Pt 2,3. 19L-ubbidjenza tagħkom sar jaf biha kulħadd. Jien nifirħilkom u rridkom tkunu għorrief fit-tajjeb imma sempliċi fil-ħażen.#Mt 10,16; Rum 1,8; 1 Kor 14,20. 20Alla tas-sliem ma jdumx ma jisħaq taħt riġlejkom lil Satana.#Ġen 3,15; Rum 15,33.
Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù tkun magħkom.
21Isellmulkom Timotju, sieħbi fix-xogħol, Luqa u Ġason, u Sosipater, qrabati.#Atti 16,1; 19,22; 20,4; Fil 2,19. 22Insellmilkom jiena Terzju#16,22: Jiena Terzju: is-segretarju jew skriba li Pawlu ddettalu l-ittra., li ktibt din l-ittra, fil-Mulej. 23Isellmilkom Gaju#16,23: Isellmilkom Gaju: F’ħafna Mss antiki ma jidhirx il-v.24: Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù tkun magħkom ilkoll. Ammen. li laqa’ mhux biss lili, imma l-knisja kollha. Isellmilkom Erastu, l-amministratur tal-belt, u Kwartu ħuna.#Atti 19,29; 1 Kor 1,14; 2 Tim 4,20.
Glorja lil Alla
25Lil Alla li għandu l-qawwa
li jwettaqkom fl-Evanġelju li nħabbar jien,
jien u nxandar lil Ġesù Kristu,
skont ir-rivelazzjoni tal-misteru
li kien moħbi fis-skiet tal-eternità;#Ef 1,9; 3,5-9; Kol 1,26.
26lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru,
u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti,
skont l-ordni tiegħu, Alla ta’ dejjem,
biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi#16,26: Għall-ubbidjenza tal-fidi: ara 1,5.;#Rum 1,5.
27lil dan Alla, waħdu fl-għerf,
il-glorja għal dejjem ta’ dejjem
b’Ġesù Kristu. Ammen.#1 Tim 1,17; Ġuda 25.

Currently Selected:

RUMANI 16: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in