YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 14

14
Kapitlu 14
Tiġġudikax lil ħuk
1Lil min hu dgħajjef fil-fidi ilqgħuh mingħajr ma toqogħdu tiddiskutu l-fehmiet tiegħu#14,1: Mingħajr ma toqogħdu tiddiskutu l-fehmiet tiegħu: jew tikkritikaw l-iskrupli tiegħu; jew tiġġudikaw il-fehmiet tiegħu..#Rum 15,7. 2Hemm min jaħseb li jista’ jiekol kollox, u hemm min, imbagħad, għax hu dgħajjef fil-fidi, jiekol ħaxix biss.#Ġen 1,29; 9,3. 3Min jiekol kollox m’għandux imaqdar lil min ma jikolx; u min ma jikolx m’għandux jiġġudika lil min jiekol, għax Alla laqa’ lilu wkoll.#Kol 2,16. 4Int min int biex tagħmel ħaqq mill-qaddej ta’ ħaddieħor#14,4: Mill-qaddej ta’ ħaddieħor: jiġifieri ta’ Alla.? Jekk iżommx wieqaf jew jaqax, dan jarah sidu. Iżda huwa jżomm wieqaf, għax il-Mulej għandu kull ħila li jżommu wieqaf.#Ġak 4,11-12.
5Hemm min jagħżel bejn jum u ieħor#14,5: Jagħżel bejn jum u ieħor: skont il-kalendarju liturġiku tal-Lhud., u hemm min iqis il-jiem kollha xorta. Ħa jżomm kulħadd il-fehma tiegħu.#Gal 4,10. 6Min iħares il-jum, iħarsu għall-ġieħ tal-Mulej; u min jiekol, jiekol għall-ġieħ tal-Mulej, ladarba b’hekk ikun qiegħed jiżżi ħajr lil Alla. U min ma jikolx, ma jikolx għall-ġieħ tal-Mulej, u hu wkoll ikun qiegħed jiżżi ħajr lil Alla. 7Għax ħadd minna ma jgħix għalih innifsu, u ħadd ma jmut għalih innifsu. 8Jekk ngħixu, ngħixu għall-Mulej; jekk immutu, immutu għall-Mulej. Sew jekk ngħixu, mela, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej.#Lq 20,38; Gal 2,20; 1 Tess 5,10. 9Kristu għalhekk miet u rxoxta, biex ikun Sid kemm tal-ħajjin u kemm tal-mejtin.
10Imma int, għax għandek tagħmel ħaqq minn ħuk? Jew lil ħuk, għaliex għandek tmaqdru? Aħna lkoll għad nidhru quddiem it-tribunal ta’ Alla;#Mt 25,31-32; Atti 17,31; 2 Kor 5,10. 11għax hemm miktub:
“Daqs kemm jien ħaj, jgħid il-Mulej, quddiemi għad jinżel għarrkupptejh kull bniedem,
u kull ilsien għad ifaħħar lil Alla.” # Is 45,23.
12Għalhekk kull wieħed minna għad jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.#Gal 6,5.
Tfixkilx lil ħuk
13Ma niġġudikawx iżjed, mela, lil xulxin. Aħjar taraw li ma tkunux ta’ tfixkil jew ta’ skandlu għal ħukom. 14Għax jiena naf, u minn dan jiena żgur fil-Mulej Ġesù, li xejn ma hemm imniġġes minnu nnifsu. Imma jekk xi ħadd jidhirlu li ħaġa hi mniġġsa, għalih tkun imniġġsa.#Atti 10,15; Tit 1,15. 15Jekk minħabba l-ikel tiegħek tħalli lil ħuk iġarrab il-ħsara, inti ma tkunx qiegħed timxi bl-imħabba. Qis li ma tmurx, minħabba l-ikel tiegħek, iġġarraf lil dak li għalih miet Kristu.#1 Kor 8,11-13. 16Tħallux illi t-tajjeb li għandkom#14,16: It-tajjeb li għandkom: jew il-privileġġ tagħkom. Mss oħra li għandna jew tagħna. ikun kaġun ta’ tkasbir għalik. 17Is-Saltna ta’ Alla mhijiex ikel u xorb, imma hi ġustizzja, u sliem, u grazzja fl-Ispirtu s-Santu. 18Min jaqdi lil Kristu f’dan, ikun jogħġob lil Alla, u jinġieb mill-bnedmin.
19Ħalli nfittxu, mela, dak li jġib is-sliem u dak li jservi għall-edifikazzjoni ta’ xulxin.#Rum 12,18; 15,2. 20Tħallix li bl-ikel tiegħek titħassar l-opra ta’ Alla. Kollox safi, imma jagħmel ħażin il-bniedem li jiekol xi ħaġa li biha jiskandalizza lil ħaddieħor. 21It-tajjeb hu li la tiekol laħam u lanqas tixrob inbid u ma tagħmel xejn li jista’ jfixkel lil ħuk.#1 Kor 8,13. 22Il-konvinzjoni tal-kuxjenza tiegħek żommha għalik quddiem Alla. Hieni l-bniedem li ma jikkundannax lilu nnifsu meta jaqtagħha x’se jagħmel. 23Min jiekol bid-dubju hu kkundannat għax mhux miexi skont il-konvinzjoni tal-kuxjenza tal-fidi, u kulma mhux mill-konvinzjoni tal-fidi hu dnub.#Tit 1,15.

Currently Selected:

RUMANI 14: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in