YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 5

5
Kapitlu 5
1Aħna nafu li jekk din it-tinda tal-għamara tagħna fl-art tiġġarraf, aħna għandna dar oħra, maħduma mhux bl-idejn, imma xogħol ta’ Alla, għal dejjem fis-sema.#Ġob 4,19; 2 Kor 4,7. 2Aħna f’din nitniehdu, imxennqa li nilbsu fuq din l-għamara tal-ġisem l-għamara l-oħra tas-sema. 3Għax jekk nilbsu din ma ninstabux għarwenin. 4Aħna, li qegħdin f’din it-tinda, nitniehdu, imgħobbija kif aħna; għalhekk ma rridux ninżgħu, iżda nilbsu oħra minn fuq biex il-ġisem li jmut jinxtorob mill-ħajja.#1 Kor 15,53-54. 5Alla stess sawwarna għal dan, hu li tana r-rahan tal-Ispirtu.#Rum 8,16-23; 2 Kor 1,22; Ef 1,13.
6Aħna dejjem qalbna qawwija u nafu li sakemm indumu mlibbsa b’dan il-ġisem, nibqgħu ’l bogħod mill-Mulej;#Lhud 11,13-16.7aħna ngħixu bil-fidi u mhux bil-viżjoni#5,7: Mhux bil-viżjoni …: sentenza mhijiex kompluta; ara Rum 9,24; 5,12; 15,23-24; Ef 2,2; 3,1. #1 Kor 13,12.8Aħna qalbna qawwija u persważi li aħjar noħorġu minn dan il-ġisem u mmorru noqogħdu għand il-Mulej.#Fil 1,23. 9Għalhekk fuq kollox aħna nfittxu li nogħġbu lilu, sew jekk nibqgħu hawn, sew jekk noħorġu minn dan il-ġisem.#Kol 1,10; 1 Tess 4,1. 10Jeħtieġ li lkoll kemm aħna nidhru quddiem it-tribunal ta’ Kristu, ħalli kulħadd jieħu skont it-tajjeb jew il-ħażin li jkun għamel meta kien għadu ħaj fil-ġisem.#Koħ 12,14; Atti 17,3; Rum 2,16; 14,10.
Il-ministeru tar-rikonċiljazzjoni
11Aħna li nafu x’jiġifieri l-biża’ tal-Mulej, nipperswadu lill-bnedmin għal magħna. Alla jafna; nittama li l-kuxjenza tagħkom tafna wkoll.#2 Kor 4,2. 12M’aħniex nerġgħu nirrikkmandaw ruħna lilkom, imma qegħdin nagħtukom raġun tiftaħru bina, biex ikollkom xi twieġbu lil dawk kollhom ftaħir fil-wiċċ minn barra, imma mhux mill-qalb.#2 Kor 1,14; 3,1. 13Jekk aħna boloh, aħna boloh għal Alla; jekk aħna f’sensina, aħna f’sensina għalikom. 14L-imħabba ta’ Kristu ġġegħelna naħsbu dan: li wieħed miet għal kulħadd, mela kulħadd miet. 15U miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma għal dak li miet u rxoxta għalihom.#Rum 14,7-8; 1 Tim 2,6.
16Għalhekk aħna ma nagħrfu lil ħadd skont il-ġisem. Jekk għarafna lil Kristu skont il-ġisem, issa ma nagħrfuhx aktar hekk. 17Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid#5,17: Isir ħolqien ġdid: traduzzjoni oħra possibbli: Jekk xi ħadd fi Kristu hu ħolqien ġdid, il-qadim għadda.; il-qadim għadda u daħal il-ġdid.#Is 43,18; Rum 8,1-10; Gal 6,15; Apk 21,5. 18Kollox ġej minn Alla li ħabbibna miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru ta’ din il-ħbiberija tal-bnedmin ma’ Alla.#Rum 5,10. 19Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu, bla ma qagħad iżomm il-kont ta’ dnubiethom, u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.#Rum 3,24-25; Kol 1,19-20. 20Aħna nagħmluha ta’ ambaxxaturi ta’ Kristu bħallikieku Alla stess qiegħed isejjaħ permezz tagħna, nitolbu fuq li nitolbu f’ġieħ Kristu: “Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu.”#Is 52,7; Ef 6,20. 21Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla.#Ġw 8,46; 1 Kor 1,30; Gal 3,13; Fil 3,9; Lhud 4,15; 1 Pt 2,22.

Currently Selected:

2 KORINTIN 5: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in