YouVersion Logo
Search Icon

2 KORINTIN 4

4
Kapitlu 4
Teżori fil-fuħħar
1Ladarba għall-ħniena ta’ Alla aħna għandna dan il-ministeru, ma naqtgħux qalbna;#2 Kor 3,6. 2imma nwarrbu kull ħabi u għajb; u la nimxu bil-qerq u lanqas ngħawġu l-kelma ta’ Alla, iżda nuru l-verità kollha u nħallu l-kuxjenza ta’ kull bniedem tiġġudikana hi quddiem Alla.#2 Kor 2,17; 1 Tess 2,5. 3Jekk imbagħad l-Evanġelju tagħna#4,3: L-Evanġelju tagħna: ara Gal 1,11. jibqa’ mistur għal dawk li jintilfu;#1 Kor 1,18. 4dawk li l-alla ta’ din id-dinja#4,4: L-alla ta’ din id-dinja: ix-Xitan; ara 1 Kor 2,6; Ġw 12,31. dallmilhom il-moħħ tagħhom nieqes mill-fidi, biex ma jarawx jiddi d-dawl tal-Evanġelju glorjuż ta’ Kristu, li hu xbieha ta’ Alla.#Ef 2,2; Kol 1,15; Lhud 1,3. 5Għax aħna ’l Ġesù l-Mulej qegħdin inxandru, u mhux lilna nfusna; aħna m’aħniex ħlief qaddejja tagħkom minħabba f’Ġesù Kristu.#2 Kor 1,24. 6Dan Alla li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam”, dak hu li idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla, li tiddi f’wiċċ Kristu.#Ġen 1,3; Is 9,2; 2 Kor 3,18.
7Dan it-teżor qiegħed għandna f’ġarar tal-fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li l-kobor ta’ din il-qawwa ġej minn Alla, u mhux minna.#2 Kor 5,1. 8Aħna minn kullimkien ninsabu magħfusin, iżda m’aħniex mgħattnin; imħassbin, iżda ma għandniex qalbna maqtugħa;#2 Kor 1,8; 7,5. 9ippersegwitati, iżda m’aħniex abbandunati; mixħutin mal-art, iżda m’aħniex meqrudin. 10F’ġisimna dejjem inġorru l-mewt ta’ Ġesù, biex f’ġisimna tidher ukoll il-ħajja ta’ Ġesù. 11Għax aħna, għad li qegħdin ngħixu, ninsabu dejjem mogħtija għall-mewt minħabba f’Ġesù biex il-ħajja ta’ Ġesù wkoll tkun tidher fil-ġisem tagħna li jmut.#Rum 8,36; 1 Kor 15,31. 12U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. 13Imma billi aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub: “Emmint, u għalhekk tkellimt”, aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna;#S 116,10. 14għax nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù, lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù u jressaqna quddiemu flimkien magħkom.#Rum 8,11; 1 Kor 6,14; 15,15-20. 15Għax dan kollu minħabba fikom, biex il-grazzja tilħaq ħafna bnedmin oħra, u b’hekk jitkattar ir-radd ta’ ħajr, għall-glorja ta’ Alla.#2 Kor 1,3-6.
Ngħix bil-fidi
16Għalhekk ma naqtgħux qalbna, għax imqar jekk il-bniedem ta’ barra jitħassar, il-bniedem ta’ ġewwa jiġġedded minn jum għal jum.#Ef 3,16. 17Id-daqsxejn ta’ tbatija tagħna ta’ issa tħejjilna kobor ta’ glorja bla qjies għal dejjem;#Rum 8,17-18. 18lilna li ma nħarsux lejn il-ħwejjeġ li jidhru, iżda lejn dawk li ma jidhrux. Dawk li jidhru huma għal żmien qasir, dawk li ma jidhrux huma għal dejjem.#Kol 1,16; Lhud 11,1-3.

Currently Selected:

2 KORINTIN 4: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in