YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 15

15
Kapitlu 15
Il-qawmien ta’ Ġesù Kristu
1L-aħwa, irrid infakkarkom fl-Evanġelju li xandarnielkom u li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ. 2Bih intom salvi bil-kelma li jien ħabbartilkom, kemm-il darba żżommuha, jekk ma emmintux għal xejn. 3Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba dnubietna, skont l-Iskrittura;#Is 53,8.9. 4difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont l-Iskrittura.#S 16,10; Hos 6,2; Mt 12,40; Atti 2,24-32. 5U deher lil Kefa, u mbagħad lit-Tnax.#Mt 28,16-17; Mk 16,14; Lq 24,34.36; Ġw 20,19. 6Deher imbagħad lil aktar minn ħames mitt aħwa flimkien. Ħafna minnhom għadhom ħajjin sal-lum; xi wħud minnhom raqdu. 7Imbagħad deher lil Ġakbu u lill-appostli kollha.#Lq 24,50. 8Fl-aħħar deher lili wkoll wara kulħadd, qisni twelidt mormi qabel il-waqt,#Atti 9,3-6; 1 Kor 9,1. 9għax jien l-inqas wieħed fost l-appostli, u ma jistħoqqlix nissejjaħ appostlu, għaliex kont naħqar il-Knisja ta’ Alla.#Mt 5,19; Atti 8,3; Ef 3,8; 1 Tim 1,15. 10Imma bil-grazzja ta’ Alla jien dak li jien u l-grazzja tiegħu fija ma sfatx fix-xejn, għax tħabatt ħafna iktar minnhom ilkoll; għad li mhux jien, iżda l-grazzja ta’ Alla li hi miegħi.#2 Kor 6,1; 11,5.23. 11Imma sew huma u sew jien, dan aħna xandarna, u dan emmintu intom.
Il-qawmien tal-mejtin
12Jekk Kristu hu mxandar li qam mill-imwiet, kif jgħidu xi wħud minnkom li ma hemmx qawmien tal-mejtin? 13Jekk ma hemmx qawmien tal-mejtin, anqas Kristu ma qam mill-imwiet. 14Imma jekk Kristu ma qamx mill-imwiet, fiergħa hi l-predikazzjoni tagħna, u fiergħa wkoll il-fidi tagħkom. 15U aħna noħorġu wkoll ta’ xhieda foloz ta’ Alla, għaliex inkunu tajna xhieda kontra Alla li huwa qajjem lil Kristu mill-imwiet, filwaqt li ma jkun qajmu xejn, jekk hu tassew li l-mejtin ma jqumux.#Atti 1,22; 4,33; 5,32. 16Għax jekk il-mejtin ma jqumux, anqas Kristu ma kien imqajjem. 17U jekk Kristu ma kienx imqajjem, fiergħa l-fidi tagħkom, u intom għadkom fi dnubietkom. 18U mitlufa wkoll huma dawk li raqdu fi Kristu. 19Jekk għandna tama fi Kristu għal din il-ħajja biss, aħna l-aktar nies imsejkna fost kemm huma l-bnedmin.
20Imma Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet, l-ewwel frott fost dawk li raqdu.#Kol 1,18. 21Għaliex, jekk permezz ta’ bniedem feġġet il-mewt, bi bniedem ukoll iseħħ il-qawmien mill-imwiet. 22Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. 23Imma kulħadd skont kif imissu; jibda l-ewwel frott li hu Kristu; wara, dawk li huma ta’ Kristu, f’jum il-miġja tiegħu.#1 Tess 4,16; Apk 20,5. 24Imbagħad, it-tmiem, meta Kristu jerħi s-saltna f’idejn Alla l-Missier, wara li jkun qered kull ħakma u kull setgħa u kull qawwa.#Dan 2,44. 25Għax jeħtieġ li hu jsaltan “sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh”.#S 110,1; Mt 22,44. 26L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt;#Apk 20,14; 21,4. 27għaliex Alla “qiegħed kollox taħt riġlejh”. Imma meta jgħid: “Tqiegħed kollox taħtu”, jidher ċar li kollox min barra Dak li qiegħed kollox taħtu.#S 8,6. 28U meta kollox ikun imqiegħed taħtu, imbagħad l-Iben stess jitqiegħed taħt Alla li jkun qegħedlu kollox taħtu, sabiex Alla jkun kollox f’kollox.
29Inkella x’jagħmlu dawk li huma mgħammdin għall-mejtin#15,29: Dawk li huma mgħammdin għall-mejtin: il-Korintin kienu ħadu d-drawwa li jgħammdu l-katekumeni, jiġifieri nies li kienu qed jippreparaw ruħhom għall-magħmudija, għal xi katekumenu li jkun laħaq miet qabel il-magħmudija. Fiha nfisha din il-magħmudija ma kienet tiswa xejn; kienet sempliċi professjoni ta’ fidi fil-qawmien mill-imwiet., jekk il-mejtin ma jqumu bl-ebda mod? Għaliex jitgħammdu għalihom? 30U għaliex aħna ninsabu l-ħin kollu fil-periklu?#Rum 8,36. 31Kuljum f’xifer il-mewt, daqs kemm hu tassew, l-aħwa, li intom il-ftaħir tiegħi fi Kristu Ġesù Sidna.#2 Kor 4,10-11. 32X’jiswieli li jien tqabadt mal-bhejjem f’Efesu kieku għamiltu għal għajn in-nies? Jekk il-mejtin ma jqumux:
“Nieklu u nixorbu,
għax għada mmutu!” # Is 22,13; 56,12; Lq 12,19-20.
33La titqarrqux: il-ħbiberija ħażina tħassar id-drawwiet tajba. 34Erġgħu għal sensikom kif għandu jkun u tidinbux; u, b’għajb għalikom ngħidu, xi wħud minnkom ma jafux b’Alla.#Atti 26,8; Rum 13,11; 1 Kor 6,5; Ef 5,14.
Il-ġisem glorjuż
35Għandu mnejn xi ħadd jgħid: “Kif iqumu l-mejtin? B’liema ġisem jiġu?” 36Iblah! Dak li inti tiżra’ ma jkollux ħajja jekk qabel ma jmutx.#Ġw 12,24. 37U meta tiżra’, ma tiżrax dak il-ġisem li għad ikun. Daqsxejn ta’ żerriegħa, tista’ tkun tal-qamħ jew xi żerriegħa oħra; 38Alla mbagħad jagħtiha ġisem kif jogħġbu hu, lil kull żerriegħa l-ġisem li hu tagħha.#Ġen 1,11. 39Mhux kull laħam hu l-istess laħam, iżda laħam il-bniedem hu xi ħaġa, u laħam il-bhejjem hu oħra; hemm laħam it-tjur, u hemm dak tal-ħut. 40Hemm iġsma tas-sema u hemm iġsma tal-art; iżda d-dija tal-iġsma tas-sema hi ħaġa, u dik tal-iġsma tal-art hi oħra. 41Hemm id-dija tax-xemx, u hemm id-dija tal-qamar, u hemm ukoll id-dija tal-kwiekeb; u kewkba tiddi aktar minn kewkba oħra.
42Hekk ukoll hu l-qawmien mill-imwiet; jinżera’ ġisem li jitħassar, iqum ġisem li ma jitħassarx; 43jinżera’ fl-għajb, iqum fil-ġieħ; jinżera’ fid-dgħufija, iqum fis-saħħa;#Fil 3,20-21. 44jinżera’ ġisem naturali, iqum ġisem spiritwali; jekk hemm ġisem naturali hemm ukoll ġisem spiritwali. 45L-Iskrittura tgħid: “L-ewwel bniedem, Adam, sar ruħ ħajja,” l-aħħar wieħed sar spirtu li jagħti l-ħajja.#Ġen 2,7; Ġw 6,63; 2 Kor 3,6.17. 46Mhux l-ispiritwali ġie l-ewwel, imma l-ewwel in-naturali u mbagħad l-ispiritwali. 47L-ewwel bniedem, mit-trab, hu tal-art; it-tieni bniedem, mis-sema.#Ġen 2,7. 48Bħalma hu l-bniedem tal-art, hekk ukoll huma l-bnedmin tal-art; bħalma hu l-bniedem tas-sema, hekk ukoll huma l-bnedmin tas-sema. 49Bħalma aħna mlibbsa x-xbieha tal-bniedem tal-art, hekk ukoll għad nilbsu x-xbieha tal-bniedem tas-sema.#Ġen 5,3.
50Dan ngħidilkom, l-aħwa; id-demm u l-laħam ma jistgħux jirtu s-saltna ta’ Alla#15,50: Id-demm u l-laħam ma jistgħux jirtu s-saltna ta’ Alla: ara Mt 16,17.; lanqas it-taħsir in-nuqqas tat-taħsir.#1 Kor 6,13.
51Sa nħabbrilkom misteru: aħna mhux ilkoll norqdu r-raqda tal-mewt, iżda lkoll nitbiddlu,#1 Tess 4,15-17. 52f’waqt wieħed, f’teptipa ta’ għajn, mal-aħħar tromba. Għax iddoqq it-tromba u l-mejtin iqumu biex ma jitħassrux aktar, u aħna nitbiddlu.#Mt 24,31. 53Għax jeħtieġ li dan il-ġisem li jitħassar jilbes in-nuqqas ta’ taħsir, u li dan il-ġisem li jmut jilbes l-immortalità.#2 Kor 5,4. 54Meta dak li jitħassar jilbes in-nuqqas ta’ taħsir, meta dak li jmut jilbes l-immortalità, imbagħad iseħħ dak li hemm miktub,
“Inbelgħet il-mewt fir-rebħa. # Is 25,8.
55 Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek?
Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?” # Hos 13,14.
56In-niggieża tal-mewt hi d-dnub, u l-qawwa tad-dnub hi l-Liġi.#Rum 6,14; 7,13. 57Niżżu ħajr lil Alla li tana r-rebħa permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu. 58Għalhekk, ħuti għeżież, żommu sħiħ, titħarrkux; ħabirku dejjem fil-ħidma tal-Mulej. Kunu afu li l-ħidma tagħkom fil-Mulej mhijiex għalxejn.#2 Kron 15,7; Apk 14,13.

Currently Selected:

1 KORINTIN 15: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in