YouVersion Logo
Search Icon

1 KORINTIN 16

16
Kapitlu 16
Il-ġabra għall-fqar
1Dwar il-ġabra għall-qaddisin, agħmlu intom ukoll bħalma ordnajt lill-knejjes tal-Galazja.#Atti 11,29; Rum 15,25-26; 2 Kor 8,9; Gal 2,10. 2Kull wieħed minnkom, kull l-ewwel tal-ġimgħa#16,2: Kull l-ewwel tal-ġimgħa: jiġifieri l-Ħadd., iwarrab xi ħaġa u jfaddalha skont ma jista’ biex ma jkunx hemm ġbir meta niġi.#Atti 20,7. 3Meta niġi, imbagħad, jien nibgħat nies li tkunu għażiltu, b’ittri ta’ rakkomandazzjoni, biex jieħdu Ġerusalemm l-offerti tal-ħniena tagħkom. 4Jekk nara li jkun jaqbel, immur jien ukoll u neħodhom miegħi.
Il-programm tal-appostlu
5Jien ngħaddi għandkom meta nkun għaddejt mill-Maċedonja, għax jien għandi f’moħħi li ngħaddi mill-Maċedonja.#Atti 19,21. 6Għandi mnejn ukoll noqgħod magħkom għal xi żmien; jekk ma jkollix ngħaddi x-xitwa kollha magħkom; imbagħad intom tqabbduni t-triq għal fejn inkun sejjer.#Rum 15,24; Tit 3,12. 7Ma rridx narakom bis-serqa jien u għaddej; nittama li noqgħod magħkom għal xi żmien, jekk il-Mulej iħallini.#Atti 18,21. 8Nieqaf Efesu sa Għid il-Ħamsin.#Lev 23,14-21; Dt 16,9-11; Atti 19,1-10. 9Hemm bieb kbir miftuħ għalija, fejn nista’ naħdem sewwa, għad li hemm ħafna kontra tiegħi.#Atti 19,8-10; 2 Kor 2,12; Kol 4,3; Apk 3,8.
10Jekk Timotju jasal sa għandkom, qisu li ma jkollux għalfejn jibża’ f’nofskom. Hu qiegħed jagħmel ix-xogħol tal-Mulej bħali;#1 Kor 4,17; Fil 2,20. 11għalhekk ħadd ma għandu jonqsu. Imbagħad ibagħtuh bis-sliem, ħalli jiġi għandi, għax qiegħed nistenna lilu u l-aħwa miegħu.#1 Tim 4,12.
12Dwar ħuna Apollo, bosta drabi ħeġġiġtu biex jiġi sa għandkom flimkien mal-aħwa. Iżda qatt ma ried jiġi għalissa; imma jiġi meta jkun il-waqt li jiġi.#Atti 18,24; 1 Kor 1,12; 3,5-6.
L-aħħar tislijiet
13Ishru, żommu sħiħ fil-fidi, kunu qalbiena, saħħu ruħkom ilkoll.#S 31,24; Ef 6,10. 14Ħa jsir kollox fostkom bl-imħabba.
15Jien inħeġġiġkom, l-aħwa. Intom tafu li l-familja ta’ Stefanas huma l-ewwel frott fl-Akaja#16,15: L-ewwel frott fl-Akaja: ara Atti 18,1-18., u taw ruħhom għas-servizz tal-qaddisin.#Rum 16,5; 1 Kor 1,16. 16Inħeġġiġkom, għalhekk, biex toqogħdu għall-kelma ta’ nies bħal dawn u kull min jitħabat u jaħdem magħhom. 17Nifraħ biż-żjara ta’ Stefanas, Fortunatu u Akajku, għaliex b’hekk għamlu tajjeb għan-nuqqas tagħkom. 18Hekk serrħuli moħħi u moħħkom. Nies bħal dawn għożżuhom.#Fil 2,29; 1 Tess 5,12. 19Isellmulkom il-knejjes tal-Asja#16,19: Il-knejjes tal-Asja: ara Atti 16,6.. Isellmulkom ħafna fil-Mulej Akwila u Priska u l-knisja li tiltaqa’ f’darhom.#Atti 18,2-26; Rum 16,3-5. 20Isellmulkom l-aħwa kollha. Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa.#Rum 16,16; 2 Kor 13,12; 1 Pt 5,14.
It-tislija tal-appostlu
21Din hi t-tislija tiegħi b’idi stess, Pawlu#16,21: Din hi t-tislija tiegħi b’idi stess, Pawlu: l-Appostlu l-ittri kien jiddettahom lis-segretarju jew skriba; imbagħad kien jiffirma hu stess fl-aħħar u jżid xi kelma ta’ inkoraġġiment u l-aħħar tislija..#Kol 4,18; 2 Tess 3,17. 22Ħa jkun misħut jekk xi ħadd ma jħobbx il-Mulej. Marana-ta#16,22: Marana-ta!: espressjoni Aramajka li daħlet fil-liturġija tal-Knisja primittiva, u tfisser Ejja Mulejna!!#Gal 1,8-9.
23Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom. 24L-imħabba tiegħi magħkom ilkoll fi Kristu Ġesù.

Currently Selected:

1 KORINTIN 16: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in