1
1 KORINTIN 15:58
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Għalhekk, ħuti għeżież, żommu sħiħ, titħarrkux; ħabirku dejjem fil-ħidma tal-Mulej. Kunu afu li l-ħidma tagħkom fil-Mulej mhijiex għalxejn.
Compare
Explore 1 KORINTIN 15:58
2
1 KORINTIN 15:57
Niżżu ħajr lil Alla li tana r-rebħa permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Explore 1 KORINTIN 15:57
3
1 KORINTIN 15:33
La titqarrqux: il-ħbiberija ħażina tħassar id-drawwiet tajba.
Explore 1 KORINTIN 15:33
4
1 KORINTIN 15:10
Imma bil-grazzja ta’ Alla jien dak li jien u l-grazzja tiegħu fija ma sfatx fix-xejn, għax tħabatt ħafna iktar minnhom ilkoll; għad li mhux jien, iżda l-grazzja ta’ Alla li hi miegħi.
Explore 1 KORINTIN 15:10
5
1 KORINTIN 15:55-56
Fejn hi, ja Mewt, ir-rebħa tiegħek? Fejn hi, ja Mewt, in-niggieża tiegħek?” In-niggieża tal-mewt hi d-dnub, u l-qawwa tad-dnub hi l-Liġi.
Explore 1 KORINTIN 15:55-56
6
1 KORINTIN 15:51-52
Sa nħabbrilkom misteru: aħna mhux ilkoll norqdu r-raqda tal-mewt, iżda lkoll nitbiddlu, f’waqt wieħed, f’teptipa ta’ għajn, mal-aħħar tromba. Għax iddoqq it-tromba u l-mejtin iqumu biex ma jitħassrux aktar, u aħna nitbiddlu.
Explore 1 KORINTIN 15:51-52
7
1 KORINTIN 15:21-22
Għaliex, jekk permezz ta’ bniedem feġġet il-mewt, bi bniedem ukoll iseħħ il-qawmien mill-imwiet. Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu.
Explore 1 KORINTIN 15:21-22
8
1 KORINTIN 15:53
Għax jeħtieġ li dan il-ġisem li jitħassar jilbes in-nuqqas ta’ taħsir, u li dan il-ġisem li jmut jilbes l-immortalità.
Explore 1 KORINTIN 15:53
9
1 KORINTIN 15:25-26
Għax jeħtieġ li hu jsaltan “sa ma jqiegħed l-għedewwa kollha taħt riġlejh”. L-aħħar għadu li jinqered tkun il-Mewt
Explore 1 KORINTIN 15:25-26
Home
Bible
Plans
Videos