YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 4

4
Kapitlu 4
L-eżempju ta’ Abraham
1Xi ngħidu, mela, li sab Abraham, il-missier tagħna skont il-ġisem#4,1: Il-missier tagħna skont il-ġisem: Mss oħrajn Xi ngħidu minn Abraham, missierna skont il-ġisem?? 2Li kieku Abraham kien iġġustifikat bis-saħħa tal-opri, kien ikollu biex jiftaħar; imma mhux quddiem Alla! 3Għax xi tgħid l-Iskrittura? Tgħid li “Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b’ġustizzja”.#Ġen 15,6; Gal 3,6; Ġak 2,23. 4Il-ħlas lil min jaħdem ma jingħaddlux bi pjaċir, imma b’dejn;#Rum 11,6; 7,8; S 32,1-2. 5iżda min bla ma jagħmel opri, jemmen lil Alla li jiġġustifika lil min hu ħażin, din il-fidi tiegħu tingħaddlu b’ġustizzja. 6Hekk wkoll David jgħid kemm hu hieni l-bniedem li Alla jqisu b’ġust mingħajr l-opri:
7 “Hienja dawk li dnubiethom maħfura, u li ħtijiethom mgħottija # 4,7: U li ħtijiethom mgħottija: jew imħassra, maħfura. .
8 Hieni l-bniedem li l-Mulej ma jgħoddlu ebda dnub.”
9Din it-thennija tiswa biss għal-Lhud ċirkonċiżi, jew ukoll għall-pagani bla ċirkonċiżjoni? Aħna ngħidu: Il-fidi kienet magħduda lil Abraham b’ġustizzja.#Ġen 15,6; Rum 4,3. 10Meta kien magħdud lilu dan? Meta kien ċirkonċiż, jew meta kien għadu bla ċirkonċiżjoni? Le, mhux meta kien ċirkonċiż, iżda meta kien għadu bla ċirkonċiżjoni. 11Imbagħad irċieva s-sinjal taċ-ċirkonċiżjoni b’sinjal tal-ġustizzja permezz tal-fidi meta kien għadu bla ċirkonċiżjoni, biex ikun il-missier ta’ dawk kollha li jemmnu u ma jkunux ċirkonċiżi, sabiex lilhom ukoll tkun magħduda l-ġustizzja.#Ġen 17,10-11. 12Hu missier iċ-ċirkonċiżjoni mhux biss għal-Lhud ċirkonċiżi, imma wkoll għal dawk li jimxu fuq il-passi tal-fidi ta’ missierna Abraham qabel ma kellu ċ-ċirkonċiżjoni.
Il-fidi u l-wegħda
13Lil Abraham jew lin-nisel tiegħu l-wegħda li jirtu d-dinja ma saritilhomx permezz tal-Liġi, imma permezz tal-ġustizzja bil-fidi.#Ġen 18,18; 22,17-18; Gal 3,29. 14Għax li kieku fil-wirt kellhom jidħlu dawk biss li jgħixu bil-Liġi, il-fidi kienet tisfa fix-xejn u l-wegħda ma kienet tkun tiswa xejn.#Gal 3,18. 15Imma l-Liġi korla ġġib magħha, għax fejn ma hemmx liġi anqas ma hemm ksur ta’ liġi.#Rum 3,20; 5,13; 7,8.
16Għalhekk il-wegħda hi marbuta mal-fidi, biex tkun mogħtija bħala grazzja, u hekk tibqa’ sħiħa għal uliedu kollha, mhux biss dawk li jgħixu bil-Liġi, imma wkoll dawk li jgħixu bil-fidi ta’ Abraham - il-missier tagħna lkoll,#Gal 3,7. 17skont ma hemm miktub: “Jiena nagħmel minnek missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus” - missierna quddiem Alla li fih hu emmen, li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u li jsejjaħ fl-eżistenza lil dak li ma jeżistix.#Ġen 17,5. 18Meta ma kellu ebda tama, Abraham ittama u emmen; u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skont ma kien intqal lilu: “Hekk għad ikun in-nisel tiegħek.”#Ġen 15,5. 19U ma naqasx fil-fidi tiegħu, anqas meta ġieb quddiem għajnejh li ġismu kien mejjet għax kien għoddu laħaq il-mitt sena, u mejjet ukoll kien ġuf Sara.#Ġen 17,17. 20Quddiem il-wegħda ta’ Alla ma qagħadx italla’ u jniżżel jekk jemminx jew le, imma ssaħħaħ fil-fidi, filwaqt li gglorifika lil Alla 21u żamm bis-sħiħ li min kien għamillu l-wegħda kien qawwi biżżejjed biex iżomm kelmtu. 22U kien għalhekk li dan ġie “lilu magħdud b’ġustizzja”.#Ġen 15,6. 23Iżda l-kelmiet “ġie lilu magħdud” ma nkitbux għalih biss,#Rum 15,4. 24imma għad ikun magħdud ukoll lilna li nemmnu f’dak li qajjem mill-imwiet lil Ġesù Sidna,#1 Pt 1,21. 25li kien mogħti għall-mewt għal dnubietna, u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna.#Is 53,4-5; 1 Kor 15,17.

Currently Selected:

RUMANI 4: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in