YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 3

3
Kapitlu 3
1Mela x’għandhom iktar il-Lhud, jew x’tiswielhom iċ-ċirkonċiżjoni? 2Ħafna u b’kull mod. Qabel xejn, għax lilhom kienu fdati l-orakli ta’ Alla.#Dt 4,7-8; S 103,7; 147,19-20; Rum 9,4.6; 11,29; 2 Tim 2,13. 3X’jimporta jekk xi wħud minnhom ma emmnux? Jaqaw l-infedeltà tagħhom sa ġġib fix-xejn il-fedeltà ta’ Alla? 4Ma jkun qatt! Ħa jkun jaf kulħadd li Alla hu sinċier u kull bniedem giddieb. Hekk hemm miktub:
“Sabiex int tkun iġġustifikat fi kliemek,
u tirbaħ meta tkun iġġudikat.” # S 51,6; 116,11.
5Jekk l-inġustizzja tagħna sservi biex tidher il-ġustizzja ta’ Alla, x’għandna ngħidu? Forsi Alla hu inġust jekk jikkastigana? Qiegħed nitkellem ta’ bniedem li jien. 6Ma jkun qatt. Inkella kif jista’ Alla jagħmel ħaqq mid-dinja? 7Jekk il-verità ta’ Alla tidher aktar minħabba l-gidba tiegħi għall-glorja tiegħu stess, għaliex isir ħaqq minni bħala midneb? 8Għaliex ma ngħidux - bħalma ħafna jgħajruna u jgħidu li aħna qegħdin ngħidu: Ħa nagħmlu l-ħażin, ħalli joħroġ it-tajjeb? Dawn ħaqqhom il-kundanna.#Rum 6,1.
Ħadd ma hu ġust
9Xi ngħidu mela? Aħna l-Lhud aħjar mill-oħrajn? B’ebda mod. Ġa wrejna li sew il-Lhud sew il-Griegi huma lkoll taħt il-ħakma tad-dnub.#Rum 1,18; 2,24; 3,23. 10Kif hemm miktub:
“Ħadd, ebda wieħed, ma hu ġust; # S 14,1-3; 53,1-3; Koħ 7,20.
11 ħadd ma għandu moħħ biex jifhem;
ħadd ma hemm li jfittex lil Alla.
12 Ilkoll ħarġu minn triqathom;
lkoll kemm huma tħassru;
ħadd ma hemm li jagħmel is-sewwa;
m’hemm lanqas wieħed.
13 Ħalqhom bħal qabar miftuħ;
b’ilsienhom iqarrqu;
taħt xufftejhom hemm il-velenu tas-sriep. # S 5,9; 140,4.
14 Fommhom mimli saħtiet u mrar; # S 10,7.
15 riġlejhom ħfief biex ixerrdu d-demm, # Prov 1,16; Is 59,7-8.
16 kull fejn imorru ma jħallux għajr ħerba u qerda;
17 it-triq tas-sliem ma jafuhiex;
18 quddiem għajnejhom biża’ ta’ Alla m’hemmx.” # S 36,2.
19Nafu li kulma tgħid il-Liġi, tgħidu lil dawk li huma taħt il-Liġi, sabiex kulħadd jagħlaq ħalqu u d-dinja kollha tidher ħatja quddiem Alla. 20Għalhekk quddiem Alla ħadd ma hu ġġustifikat bl-opri tal-Liġi; għax il-Liġi sservi biex tgħarrafna d-dnub.#S 143,2; Rum 7,7; Gal 2,16.
Il-fidi u l-ġustifikazzjoni
21Issa l-ġustizzja ta’ Alla dehret mingħajr il-Liġi, għad li l-Liġi u l-profeti jixhdu għaliha.#Atti 10,43. 22U din hi l-ġustizzja ta’ Alla u li Alla jagħti permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu lil dawk li jemmnu, bla ma jagħżel bejniethom.#Rum 1,17; Gal 2,16. 23Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-glorja ta’ Alla;#Rum 3,9. 24għalhekk issa huma jkunu ġġustifikati bil-grazzja tiegħu li jagħtihom minn rajh permezz tal-fidwa li hemm fi Kristu Ġesù.#Rum 5,1; Ef 2,8. 25Lilu Alla qiegħdu sagrifiċċju ta’ tpattija#3,25: Qiegħdu sagrifiċċju ta’ tpattija: Skont il-Lev 16,2, nhar il-maħfra l-Qassis il-Kbir kien jidħol fis-santwarju u jroxx id-demm fuq l-għatu tal-arka, li kien meqjus bħala t-tron tal-ħniena ta’ Alla. għall-maħfra tad-dnubiet għal dawk li jemmnu bih. U dan bis-saħħa ta’ demmu. B’hekk Alla issa juri l-ġustizzja tiegħu, waqt li fl-imgħoddi għalaq għajnejh għad-dnubiet li saru fi żmien li kien jistabar bihom.#Ef 1,7. 26Ried, iva, juri l-ġustizzja tiegħu f’dan iż-żmien ħalli juri li hu ġust u jiġġustifika wkoll lil min jemmen f’Ġesù.
27Biex, mela, jista’ wieħed jiftaħar? Ma hemmx biex. U bis-saħħa ta’ liema liġi? Tal-opri? Le, iżda bis-saħħa tal-liġi tal-fidi#3,27: Bis-saħħa tal-liġi tal-fidi: oħrajn jittraduċu f’isem il-fidi..#1 Kor 1,31. 28Għax aħna għandna fehma sħiħa li l-bniedem ikun iġġustifikat permezz tal-fidi mingħajr l-opri tal-Liġi.#Gal 2,16. 29Forsi Alla hu Alla tal-Lhud biss? Mhux tal-pagani wkoll? Iva, tal-pagani wkoll:#Rum 10,12. 30Alla hu wieħed, u hu l-istess wieħed li jiġġustifika permezz tal-fidi l-Lhudi ċirkonċiż u l-pagan mhux ċirkonċiż.#Dt 6,4; Rum 4,11-12; Gal 3,20. 31B’daqshekk qegħdin inġibu fix-xejn il-Liġi permezz tal-fidi? Ma jkun qatt, imma qegħdin inwettqu l-Liġi.#Mt 5,17; Rum 4,3; 8,4.

Currently Selected:

RUMANI 3: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in