YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 2

2
Kapitlu 2
Il-kundanna tal-Lhud kburin bihom infushom
1Int, ja bniedem, li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor ma għandek ebda skuża, int min int. Għax int u tagħmel ħaqq minn ħaddieħor tkun tikkundanna lilek innifsek, ladarba int u tagħmel il-ħaqq tkun tagħmel l-istess.#Mt 7,2; Lq 6,37; Ġw 8,7. 2Imma aħna nafu li dawk li jagħmlu ħwejjeġ bħal dawn, Alla jagħmel ħaqq minnhom skont il-verità. 3U taħseb int, ja bniedem, li tagħmel ħaqq minn ħaddieħor li jagħmel dawn il-ħwejjeġ, u tagħmilhom int ukoll; taħseb int, li sejjer taħrab il-ġudizzju ta’ Alla? 4Jew trid tabbuża mill-kobor tat-tjubija tiegħu, mis-sabar u l-ġenerożità tiegħu? Ma tafx li b’din il-ħniena tiegħu Alla jrid iwasslek għall-indiema?#2 Pt 3,15. 5B’din l-ebusija ta’ rasek u n-nuqqas ta’ ndiema f’qalbek, inti qiegħed tiġma’ għalik innifsek il-korla, għal jum il-korla#2,5: Jum il-korla: jum il-ġudizzju ta’ Alla., meta Alla għad jirrivela l-ġudizzju rett tiegħu, 6u jħallas lil kulħadd skont ma jkun għamel:#S 62,13; Prov 24,12; Sir 16,14; Mt 16,27; Ġw 5,29; 2 Kor 5,10. 7jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk li jipperseveraw sal-aħħar fl-għemil it-tajjeb, u jkunu fittxew il-glorja u l-ġieħ u l-ħajja li ma tintemmx, 8imma jerfa’ l-korla u l-qilla għal dawk li ma jridu jisimgħu b’xejn, u jirvellaw kontra l-verità biex imbagħad joqogħdu għall-ħażen. 9Tbatija u dwejjaq għal kull ruħ ta’ bniedem li jagħmel il-ħażen, l-ewwel għal-Lhud, u mbagħad għall-Griegi;#Rum 1,16; 2 Tess 1,8. 10glorja u ġieħ u sliem għal kull min jagħmel it-tajjeb, l-ewwel għal-Lhud, u mbagħad għall-Griegi. 11Għax Alla ma jħarisx lejn l-uċuħ!#Dt 10,17; 2 Kron 19,7; 2 Kron 19,7; Atti 10,34; Gal 2,6; Ef 6,9; 1 Pt 1,17.
12Dawk kollha li dinbu mingħajr il-Liġi#2,12: Liġi: din hi l-Liġi ta’ Mosè. Il-Lhud ikunu ġġudikati fuq din il-Liġi; il-pagani fuq il-kuxjenza tagħhom. Dan il-prinċipju għadu jgħodd sal-lum., jintilfu mingħajr il-Liġi; u dawk li dinbu taħt il-Liġi, isir ħaqq minnhom skont il-Liġi. 13Għaliex mhux dawk li jisimgħu l-Liġi huma ġġustifikati; imma dawk li jħarsuha jkunu ġġustifikati quddiem Alla.#Mt 7,21; Ġak 1,22-25; 1 Ġw 3,7. 14Għax meta l-pagani, li ma għandhomx il-Liġi, jagħmlu bl-istint naturali tagħhom dawk l-opri li titlob il-Liġi, huma jkunu liġi għalihom infushom.#Atti 10,35. 15Dawn juru b’għemilhom li l-preċetti tal-Liġi huma miktuba f’qalbhom, u dan tixhdu wkoll il-kuxjenza u r-raġuni tagħhom, li issa jakkużaw u issa japprovaw għemilhom. 16Dan għad jidher#2,16: Dan għad jidher: kliem li żidnieh biex niċċaraw is-sens tal-vers. dak in-nhar li fih Alla jagħmel ħaqq mill-għemejjel moħbija tal-bnedmin - skont l-Evanġelju tiegħi - permezz ta’ Ġesù Kristu.#2 Tim 2,8.
Il-Liġi u r-responsabbiltà tal-Lhud
17Imma int, jekk tissejjaħ Lhudi u moħħok mistrieħ bil-Liġi u tiftaħar b’Alla; 18int li taf ir-rieda ta’ Alla u l-Liġi għallmitek tagħraf tagħżel l-aħjar;#Fil 1,10. 19int li int persważ li taf tmexxi lill-għomja, li int id-dawl fid-dlam;#Mt 15,14; Lq 18,9. 20li int mgħallem tal-boloh; mgħallem taż-żgħar; li għandek l-għerf u l-verità fil-Liġi#2,20: Il-verità fil-Liġi…: sentenza mhix mitmuma.;#2 Tim 3,15. 21int li tgħallem lil ħaddieħor, ma tgħallimx lilek innifsek? Int tippriedka: La tisraqx, u tisraq?#S 50,16-21; Mt 23,3-4. 22Tgħid: La tiżnix, u tiżni? Int tistkerrah lill-idoli, u tisraq it-tempji tagħhom? 23Int tiftaħar bil-Liġi, u żżeblaħ lil Alla bil-ksur tal-Liġi? 24Kif inhu miktub: “L-isem ta’ Alla hu mżeblaħ fost il-ġnus minħabba fikom.”#Is 52,5; Eżek 36,20.
25Iċ-ċirkonċiżjoni tiswielek jekk int tħares il-Liġi. Jekk int ma tħarisx il-Liġi ssir qisek pagan bla ċirkonċiżjoni.#Ġer 4,4; 9,25. 26Jekk pagan bla ċirkonċiżjoni jħares il-preċetti tal-Liġi, ma jkunx qiegħed hu, li hu bla ċirkonċiżjoni, jikkundanna lilek li int ċirkonċiż?#Gal 5,6. 27U l-Ġentili li ma għandux iċ-ċirkonċiżjoni f’ġismu, imma jħares il-Liġi, jagħmel ħaqq minnek, int li bil-Liġi miktuba u biċ-ċirkonċiżjoni b’kollox tikser il-Liġi.#Ġw 7,24; 8,15-39. 28Mhux dak li jidher li hu Lhudi minn barra hu Lhudi, lanqas min għandu ġismu ċirkonċiż; 29il-Lhudi veru hu dak li hu Lhudi minn ġewwa; iċ-ċirkonċiżjoni vera hi dik tal-qalb, opra tal-ispirtu u mhux tal-Liġi miktuba. Bniedem bħal dan, mhux il-bnedmin ifaħħruh, imma Alla.#Dt 30,6; 1 Kor 4,5; 2 Kor 10,18; Kol 2,11.

Currently Selected:

RUMANI 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in