1
RUMANI 4:20-21
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Quddiem il-wegħda ta’ Alla ma qagħadx italla’ u jniżżel jekk jemminx jew le, imma ssaħħaħ fil-fidi, filwaqt li gglorifika lil Alla u żamm bis-sħiħ li min kien għamillu l-wegħda kien qawwi biżżejjed biex iżomm kelmtu.
Compare
Explore RUMANI 4:20-21
2
RUMANI 4:17
skont ma hemm miktub: “Jiena nagħmel minnek missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus” - missierna quddiem Alla li fih hu emmen, li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u li jsejjaħ fl-eżistenza lil dak li ma jeżistix.
Explore RUMANI 4:17
3
RUMANI 4:25
li kien mogħti għall-mewt għal dnubietna, u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna.
Explore RUMANI 4:25
4
RUMANI 4:18
Meta ma kellu ebda tama, Abraham ittama u emmen; u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skont ma kien intqal lilu: “Hekk għad ikun in-nisel tiegħek.”
Explore RUMANI 4:18
5
RUMANI 4:16
Għalhekk il-wegħda hi marbuta mal-fidi, biex tkun mogħtija bħala grazzja, u hekk tibqa’ sħiħa għal uliedu kollha, mhux biss dawk li jgħixu bil-Liġi, imma wkoll dawk li jgħixu bil-fidi ta’ Abraham - il-missier tagħna lkoll
Explore RUMANI 4:16
6
RUMANI 4:7-8
“Hienja dawk li dnubiethom maħfura, u li ħtijiethom mgħottija . Hieni l-bniedem li l-Mulej ma jgħoddlu ebda dnub.”
Explore RUMANI 4:7-8
7
RUMANI 4:3
Għax xi tgħid l-Iskrittura? Tgħid li “Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b’ġustizzja”.
Explore RUMANI 4:3
Home
Bible
Plans
Videos