YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 32

32
Salm 32
L-hena ta’ min jaqla’ l-maħfra
1Ta’ David. Maskil.#Prov 28,13; Is 1,18; Hos 14,3; Ġak 5,16; 1 Ġw 1,9.#Rum 4,7-8.
2Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,
li għandu d-dnub tiegħu mistur!
Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej,
u ma għandu ebda qerq f’qalbu!
3Jien bqajt sieket, u nfena ġismi#32,3: Bqajt sieket, u nfena ġismi: sakemm ma stqarrejtx dnubieti. Litteralment: għadmi.,
jiena u nokrob il-jum kollu.#S 31,11.
4Għax lejl u nhar it-toqol ta’ idek fuqi;
saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf.
5Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,
u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.
Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.”
U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.#2 Sam 12,31; Ġob 31,33; S 51,3-5.
6Għalhekk kull min hu twajjeb
lilek jitlob fi żmien in-niket.
Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh.#S 18,5.
7Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni,
iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek.
8Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu;
inwissik, u nżomm għajnejja fuqek.#S 33,18.
9Tkunux bla sens bħaż-żiemel u l-bagħal#32,9: Bla sens bħaż-żiemel u l-bagħal: tħallix ruħek tinħakem u titjassar mill-passjoni senswali bħall-bhejjem.,
li bil-lġiem u r-riedni trażżanhom,
biex jirnexxilek tiġbidhom lejk.
10Ħafna huma t-tbatijiet tal-ħżiena;
iżda min jittama fil-Mulej jitħaddan bil-ħniena.
11Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej;
għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja.#S 33,1.

Currently Selected:

SALMI 32: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in