YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 30

30
Salm 30
Radd il-ħajr għall-ħelsien mill-mewt
1Salm. Innu għad-Dedikazzjoni tat-Tempju. Ta’ David.#Esd 6,16; 1 Mak 4,36-37.
2Ngħollik, Mulej, għax erfajtni,
u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija.
3Mulej, Alla tiegħi, jien sejjaħtlek;
sejjaħtlek, u int fejjaqtni.
4Mulej, tellajtli mill-mewt ’il ruħi,
ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra.#Num 16,33; 1 Sam 2,6; S 28,1.
5Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,
faħħru l-isem imqaddes tiegħu.#S 7,18.
6Għax ftit iddum is-saħna tiegħu,
iżda għomor sħiħ l-imħabba tiegħu.
Filgħaxija jidħol il-biki,
filgħodu jidwi l-għajjat ta’ ferħ.#Ġob 14,13; S 17,15; 97,12; Is 54,7-8.
7Mela jien għedt fl-aħjar tiegħi:
“Żgur li qatt ma niċċaqlaq!”
8Mulej, bil-pjaċir tiegħek
fuq muntanja qawwija qegħedtni;
imbagħad ħbejt wiċċek minni,
u jien tħawwadt għalkollox.#S 104,29.
9Lilek sejjaħt, Mulej;
lil Sidi tlabt il-ħniena.
10X’tieħu int jekk inkun mejjet,
jekk jiena ninżel fil-qabar?
Se jfaħħrek forsi t-trab?
Se jxandar il-fedeltà tiegħek?#S 6,6; 88,11-13; Is 38,18.
11Ismagħni, Mulej, u ħenn għalija;
kun, Mulej, l-għajnuna tiegħi.
12Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi,
neżżajtni min-niket#30,12: Min-niket: litteralment mix-xkora, li kienet tintlibes fi żmien ta’ vistu jew penitenza; ara 2 Sam 3,31; 1 Slat 21,27; S 35,13; 69,12., bil-ferħ ħażżimtni.#Est 9,22; S 126; Is 61,3; Ġer 31,13.
13Għalhekk ruħi tgħannilek bla heda;
Mulej, Alla tiegħi, infaħħrek għal dejjem!

Currently Selected:

SALMI 30: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in