SALMI 29
29
Salm 29
Il-Mulej, sid tat-tempesti
1Salm ta’ David.
Agħtu lill-Mulej, ulied Alla#29,1: Ulied Alla: l-anġli; ara Ġob 1,6; 2,1; 38,7. Hawn tista’ tfisser in-nies ħbieb ta’ Alla; ara 96,7.,
agħtu lill-Mulej glorja u qawwa.#Eż 19,16; S 18,14; 68,9; 77,17-19; 97,2-6; 144,5-6; Ħab 3.#S 96,7-9.
2Agħtu lill-Mulej il-glorja ta’ ismu,
qimu l-Mulej fl-għamara mqaddsa tiegħu.
3Leħen il-Mulej fuq l-ibħra#29,3: Leħen il-Mulej fuq l-ibħra: ir-ragħad.;
Alla tal-glorja jriegħed,
il-Mulej fuq l-ibħra kotrana.#Ġob 37,4-5; S 77,19; 104,7; Is 30,30; Eżek 10,5.
4Leħen il-Mulej bil-qawwa,
leħen il-Mulej bil-glorja.
5Leħen il-Mulej ikisser iċ-ċedri;
ikisser il-Mulej iċ-ċedri tal-Libanu.
6Iġiegħel il-Libanu#29,6: Il-Libanu … is-Sirjon: Alla kapaċi jċaqlaq il-muntanji kbar tal-Libanu, u l-muntanja tal-Ħermon, is-Sirjon. jaqbeż bħal għoġol,
is-Sirjon bħal ferħ ta’ gendus selvaġġ.#S 114,4.
7Leħen il-Mulej itajjar ilsna tan-nar.#Ħab 3,11.
8Leħen il-Mulej jheżżeż id-deżert;
jheżżeż il-Mulej id-deżert ta’ Kades#29,8: Id-deżert ta’ Kades: Kades fit-Tramuntana ta’ Kangħan, mhux dik tad-deżert tas-Sinaj..
9Leħen il-Mulej jobrom il-ballut,
u jżarma l-foresti;
u fit-tempju tiegħu kulħadd jgħid: Glorja!
10Il-Mulej jaħkem fuq l-għargħar;
isaltan il-Mulej għal dejjem.#Ġen 6—9; Is 54,9.
11Il-Mulej jagħti l-qawwa lill-poplu tiegħu;
ibierek il-Mulej bis-sliem il-poplu tiegħu!#Dan 7,27.
Currently Selected:
SALMI 29: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.