YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 28

28
Salm 28
Talb u radd il-ħajr
1Ta’ David.
Lilek, Mulej, insejjaħ;
blata tiegħi, la tittarraxx għalija.
Jekk int tibqa’ sieket miegħi,
inkun nixbah lil min jinżel fil-ħofra.#S 18,3; 30,4; 88,5; 143,7; Prov 1,12.
2Isma’ leħen it-tnehid tiegħi
meta nsejjaħ l-għajnuna tiegħek,
kull meta nerfa’ jdejja
lejn is-santwarju mqaddes tiegħek.#1 Slat 8,48; S 5,8; 134,2.
3Tiġbornix man-nies ħżiena,
ma’ dawk li jagħmlu l-ħażen,
li kliem ta’ sliem jgħidu lil għajrhom,
u qalbhom bil-qerq mimlija.#S 12,3; 26,9; 55,22; 62,5; Prov 26,24-25.
4Ħallashom skont għemilhom,
skont l-għemejjel ħżiena tagħhom;
skont dak li għamlu jdejhom,
roddilhom il-ħlas li ħaqqhom.#Ġer 50,29.
5Għax ma jaħsbux f’dak li għamel il-Mulej,
dak li għamlu jdejh.
Hu jeqridhom u ma jqajjimhomx iżjed!#Is 5,12; S 52,7.
6Imbierek il-Mulej,
għax sama’ leħen it-tnehid tiegħi.
7Il-Mulej hu l-qawwa tiegħi u t-tarka tiegħi,
fih ittamat qalbi;
ksibt l-għajnuna u ferħet qalbi;
irroddlu ħajr bil-għana tiegħi.
8Il-Mulej hu s-saħħa tal-poplu tiegħu,
kenn tas-salvazzjoni għas-sultan, il-midluk tiegħu.
9Salva l-poplu tiegħek, bierek ’il wirtek,
kun ir-ragħaj tagħhom, erfagħhom għal dejjem!#Eż 19,4; S 3,9; 29,11.

Currently Selected:

SALMI 28: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in