YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 27

27
Salm 27
Fiduċja kbira f’Alla
1Ta’ David
Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi;
minn min għandi nibża’?
Il-Mulej hu l-kenn tiegħi;
quddiem min għandi nitwerwer?#S 18,29; 36,10; 43,3; Is 10,17; Mik 7,8.
2Meta jqumu għalija l-ħżiena,
biex jaħtfuni u jikluni,
dawk li għandhom għalija, l-għedewwa tiegħi,
huma jitfixklu u jaqgħu.#Ġob 19,22; S 14,4.
3Imqar jekk eżerċtu jqum għalija,
xejn ma tibża’ qalbi;
imqar jekk gwerra tqum kontrija,
jiena nibqa’ qalbi qawwija.
4Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej,
ħaġa waħda nfittex:
li ngħammar f’dar il-Mulej
tul il-jiem kollha ta’ ħajti;
biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej
jien u nħares lejn it-tempju tiegħu.#S 23,6; 42,3; 61,5; 65,5.
5Għax hu jaħbini fl-għarix tiegħu
meta nsib ruħi fil-għawġ;
jistorni fis-satra ta’ daru,
fuq blata fl-għoli jqegħedni.#S 18,3; 31,21; Apk 7,15-16.
6U issa tintrefa’ rasi
fuq l-għedewwa ta’ madwari.
U jien noffri fit-tempju tiegħu
sagrifiċċju b’għajjat ta’ ferħ.
Ngħanni u nfaħħar il-Mulej!
7Isma’, Mulej, leħen l-għajta tiegħi,
ħenn għalija u weġibni.
8“Ejja,” għedt f’qalbi, “fittex ’il wiċċu#27,8: Fittex ’il wiċċu: għix fil-preżenza tal-Mulej.”;
jien wiċċek infittex, Mulej.
9La taħbix wiċċek minni,
la twarrabx bl-herra l-qaddej tiegħek.
Inti l-għajnuna tiegħi;
tħallinix u titlaqnix,
Alla tas-salvazzjoni tiegħi.#S 24,6; 105,4; Hos 5,15.
10Għalkemm telquni missieri u ommi,
il-Mulej jilqagħni għandu.#Is 49,15; Ġer 31,20; Hos 11,8.
11Urini, Mulej, it-triq tiegħek,
mexxini minn mogħdija dritta
minħabba l-għedewwa tiegħi.#S 25,4; 86,11.
12Titlaqnix għax-xewqa tal-għedewwa tiegħi;
għaliex xhieda qarrieqa qamu kontrija,
li l-qerq jarmu man-nifs tagħhom.
13Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin#27,13: F’art il-ħajjin: f’din id-dinja..
14Ittama fil-Mulej, żomm sħiħ u qawwi qalbek;
ittama fil-Mulej.#S 116,9; 142,6.

Currently Selected:

SALMI 27: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in