SALMI 26
26
Salm 26
Talba tal-innoċenti
1Ta’ David
Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej!
Bla ħtija l-imġiba tiegħi,
sħiħa fil-Mulej it-tama tiegħi.#S 7; 17; 18,21-28; 59,4; Ġob 31.
2Ġarrabni, Mulej, u għarbilni,
iflili moħħi u qalbi.#S 139,23.
3Tjubitek quddiem għajnejja,
imxejt skont is-sewwa tiegħek.#S 119,30.
4Ma qgħadtx man-nies giddieba,
ma sseħibtx ma’ nies qarrieqa.
5Nobgħod il-ġemgħa tal-ħżiena,
ma nagħmilhiex mal-midinbin.#S 1,1.
6Naħsel fis-safa jdejja#26,6: Naħsel fis-safa idejja: b’sinjal ta’ innoċenza; ara Eż 30,19-21; 40,3; S 73,13.,
u ndur madwar l-artal tiegħek, Mulej,#Dt 21,6-7; S 73,13; Mt 27,24.
7biex ngħannilek ir-radd ta’ ħajr,
u nxandar għeġubijietek kollha.
8Mulej, inħobb id-dar tal-għamara tiegħek,
il-post fejn jgħammar sebħek.#Eż 25,8; 24,16; S 29,9; 63,3.
9Tgħoddnix man-nies midinba,
anqas ma’ min ixerred id-dmija;#S 28,3.
10dawk li għandhom f’idejhom il-ħażen,
u f’leminthom rigali qarrieqa.#Eż 23,8.
11Iżda jien nimxi bla ħtija;
eħlisni int, u ħenn għalija.#S 25,16.
12Jien b’riġli wieqaf fil-wita;
fil-ġemgħat, Mulej, lilek inbierek#26,12: Fil-ġemgħat, Mulej, lilek inbierek: fit-tempju quddiem il-ġemħat tan-nies wara s-sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr..#S 22,23; 40,11; 52,11.
Currently Selected:
SALMI 26: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.