YouVersion Logo
Search Icon

SALMI 103

103
Salm 103
L-imħabba u l-ħniena ta’ Alla
1Ta’ David.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.
2Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.
3Hu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;#Eż 15,26; Ġob 42,10; S 41.
4jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena;
5ixabba’ bil-ġid snin ħajtek,
u bħal tal-ajkla tiġġedded żgħożitek#103,5: Bħal tal-ajkla tiġġedded żgħożitek: l-ajkla minħabba saħħitha u għomorha twil kienet xbieha ta’ saħħa u qawwa dejjem friski..#Is 40,31.
6Il-Mulej jagħmel is-sewwa,
u l-ħaqq mal-maħqurin kollha.
7Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu,
l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael.
8Ħanin u twajjeb il-Mulej,
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.#Eż 34,6-7; Num 14,18; S 86,15; 145,8; Ġak 5,11.
9Ma joqgħodx jitlewwem magħna,
u anqas jinkorla għal dejjem.#Is 57,16; Ġer 3,12; Ġona 4,2; Ġoel 2,13.
10Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna;
ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna.
11Daqskemm huma s-smewwiet ’il fuq mill-art,
hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu;
12daqs kemm hu mbiegħed il-Lvant mill-Punent,
hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.
13Bħalma jħenn il-missier għal uliedu,
hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu.#S 145,9.
14Għax hu jaf kif aħna magħġuna,
jiftakar li aħna trab.#S 90,3.
15Bħall-ħaxix il-ħajja tal-bniedem,
bħall-fjur tar-raba’, hekk jikber.#Is 40,7; S 90,5-6.
16Tgħaddi ż-żiffa minn fuqu, u jispiċċa,
u ħadd aktar ma jagħraf fejn kien.#Ġob 7,10.
17Imma t-tjieba tal-Mulej minn dejjem għal dejjem
ma’ dawk li għandhom il-biża’ tiegħu,
u s-sewwa tiegħu ma’ wlied uliedhom;#Eż 20,6; Lq 1,50.
18ma’ dawk li jħarsu l-patt tiegħu,
u jiftakru fil-preċetti tiegħu u jħarsuhom.
19Waqqaf il-Mulej it-tron tiegħu fis-sema,
u saltnatu fuq kollox taħkem.#S 22,29.
20Bierku l-Mulej, anġli tiegħu kollha,
setgħana u qawwija li tagħmlu l-ordni tiegħu,
malli tisimgħu leħen il-kelma tiegħu.#S 148,2.
21Bierku l-Mulej, eżerċti tiegħu kollha,
qaddejja tiegħu, li tagħmlu r-rieda tiegħu.
22Bierku l-Mulej, għemejjel tiegħu kollha,
kullimkien fis-saltna tiegħu.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!

Currently Selected:

SALMI 103: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in