MATTEW 5
5
Kapitlu 5
Id-diskors tal-muntanja
1Kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. 2Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:
Il-bnedmin il-hienja
(Lq 6,20-23)
3“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
4Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.#Is 61,2-3.
5Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.#S 37,11.
6Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
7Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.#Ġak 2,13.
8Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.#S 24,3-4.
9Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.#Ġak 3,18.
10Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
11Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.#Mt 10,22; 1 Pt 4,14.
12Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitawhom lill-profeti li kienu qabilkom.”#2 Kron 36,16; Mt 23,30-37; Atti 7,52; Lhud 11,32-38; Ġak 5,10.
Il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja
(Mk 9,50; Lq 14,34-35)
13“Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.
14“Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba.#Ġw 8,12; 9,5; Fil 2,15. 15Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar.#Mk 4,21; Lq 8,16; 11,33. 16Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.#Ef 5,8-9; 1 Pt 2,12.
Tagħlim ta’ Ġesù fuq il-Liġi
17“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom.#Rum 3,31. 18Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.#Lq 21,33. 19Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet. Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna tas-Smewwiet.
20“Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
Il-korla
(Lq 12,57-59)
21“Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari#5,21: In-nies ta’ dari: il-Lhud ta’ qabel Kristu., ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna.#Eż 20,13; Dt 5,17; Mt 19,18; Mk 11,19; Lq 18,20; Rum 13,9; Ġak 2,11. 22Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu, ‘Ġifa’, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu, ‘Iblah’, ikun ħaqqu n-nar tal-infern.#1 Ġw 3,15. 23Mela jekk tkun qiegħed ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, 24ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, u mbagħad ejja talla’ l-offerta tiegħek. 25Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu fit-triq, li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u l-imħallef f’idejn l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs.#Lq 12,58-59. 26Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast l-aħħar tliet ħabbiet.
L-adulterju
27“Smajtu xi ntqal, ‘La tagħmilx adulterju.’#Eż 20,14; Dt 5,18; Rum 13,9; Ġak 2,11. 28Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. 29Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern.#Mt 18,8-9; Mk 9,43-47. 30U jekk idek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern.
Id-divorzju
(Mt 19,9; Mk 10,11-12; Lq 16,18)
31“Intqal ukoll, ‘Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba tad-divorzju.’#Dt 24,1; Mt 19,7; Mk 10,4. 32Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin#5,32: Żwieġ ħażin: żwieġ kontra l-liġi ta’ Mosè: ara Lev 18,6-18., iwaqqagħha fl-adulterju; u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.#1 Kor 7,10-11.
Il-ġurament
33“Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari, ‘Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.’#Lev 19,12; Num 30,2; Dt 23,21. 34Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema#5,34: U la bis-sema: meta kienu jaħilfu, biex ma jsemmux lil Alla għal xejn kienu jsemmu minfloku lis-sema, jew l-art, jew lil Ġerusalemm., għax hu t-tron ta’ Alla,#Ġak 5,12. #Is 66,1; Mt 23,22; Atti 7,49. 35u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir.#S 48,2; Is 66,1; Atti 7,49; Ġak 5,12. 36U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda. 37Mela ħa jkun id-diskors tagħkom, ‘Iva, iva’, ‘Le, le’; kulma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.#2 Kor 1,17; Ġak 5,12.
Il-vendetta
(Lq 6,29-30)
38“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’.#Eż 21,24; Lev 24,20; Dt 19,21. 39Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll;#Ġw 18,22. 40u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. 41U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil#5,41: Iġagħlek timxi miegħu mil: skont id-drawwa tar-Rumani, li kienu jġagħlu lin-nies iservuhom bilfors. wieħed, mur miegħu tnejn. 42Agħti lil min jitolbok u ddawwarx spallejk lil min ikun irid jissellef mingħandek.
L-imħabba lejn l-għedewwa
(Lq 6,27-28.32-36)
43“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek.’#Lev 19,18; Mt 19,19; 22,39; Mk 12,31; Lq 10,27; Rum 13,9; Gal 5,14; Ġak 2,8. 44Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom,#Eż 23,4-5; Prov 25,21; Rum 12,14-20; 1 Kor 4,12. 45biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex.#Ef 5,1. 46Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? M’hux il-pubblikani wkoll jagħmluh dan? 47U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? M’hux il-pagani wkoll jagħmluh dan? 48Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet.”#Lev 19,2; Dt 18,13.
Currently Selected:
MATTEW 5: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.