YouVersion Logo
Search Icon

MATTEW 6

6
Kapitlu 6
L-elemożina
1“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies#6,1: Għal wiċċ in-nies: Il-Lhud kienu obbligati jitolbu f’ħin fiss. Meta jinzertaw f’xi post pubbliku xi wħud minnhom kienu jieħdu l-okkażjoni biex jidhru jitolbu quddiem in-nies. biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.
2“Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. 3Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, 4biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu.
It-talb
(Lq 11,2-4)
5“U meta titolbu, tkunux bħal dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawk iħobbu joqogħdu jitolbu bilwieqfa fis-sinagogi u f’salib it-toroq, biex jidhru quddiem in-nies. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.#Mt 6,16; 23,5. 6Iżda int, meta titlob, idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu. 7Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. 8Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.#Mt 6,32; Lq 12,30. 9Mela itolbu hekk:
‘Missierna, li inti fis-smewwiet,
jitqaddes ismek,#Eżek 36,23.
10tiġi saltnatek,
ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.
11Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum.
12Aħfrilna dnubietna,
bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.#Sir 28,2; Mt 18,32-33.
13U la ddaħħalniex fit-tiġrib,
iżda eħlisna mid-deni#6,13: Mid-deni: jew mill-Ħażin, jiġifieri mix-Xitan: ara 13,19..’#Sir 23,1; 33,1; 2 Tess 3,3.
14Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll.#Mk 11,25; Ef 4,32; Kol 3,13. 15Imma jekk intom ma taħfrux lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, anqas Missierkom ma jaħfer lilkom il-ħtijiet tagħkom.#Mt 18,35.
Is-sawm
16“Meta ssumu, tqarrsux wiċċkom, bħalma jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor, għax dawn ikerrhu wiċċhom biex quddiem in-nies jidhru li huma sajmin. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh.#Mt 6,5; 23,5. 17Iżda int, meta tkun sajjem, idlek xagħrek u aħsel wiċċek, 18biex mhux quddiem in-nies tidher li tkun sajjem, imma quddiem Missierek li hu fil-moħbi; u Missierek, li jara dak li hu fil-moħbi, iroddlok hu.
Teżori fis-sema
(Lq 12,33-34)
19“Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu#6,19: Jinfdu u jisirqu: il-ħitan tad-djar ordinarji kienu tat-tajn u t-tiben, u wieħed kien jista’ jinfidhom bħallikieku xejn..#Ġak 5,2-3. 20Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu.#Sir 29,11; Mt 19,21; Mk 10,21; Lq 18,22. 21Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll.
Id-dawl tal-bniedem
(Lq 11,34-36)
22“Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn. Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal. 23Iżda jekk għajnek hi marida, ġismek kollu jkun mudlam. Mela jekk id-dawl li hemm fik huwa dlam, kemm aktar id-dlam!
Alla u l-flus
(Lq 16,13)
24“Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.
L-inkwiet u t-tħassib
(Lq 12,22-31)
25“Għalhekk ngħidilkom: tinkwetawx ruħkom għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’tixorbu, anqas għal ġisimkom x’se tilbsu. Jaqaw il-ħajja m’hijiex aqwa mill-ikel, u l-ġisem aqwa mill-ilbies? 26Ħarsu lejn l-għasafar tas-sema; la jiżirgħu u lanqas jaħsdu u lanqas igeddsu fl-imħażen, u madankollu Missierkom li hu fis-smewwiet jitmagħhom! Intom ma tiswewx aktar minnhom?#Mt 10,31; Lq 12,7-24. 27U min minnkom, bl-inkwiet kollu tiegħu, se jseħħlu jtawwal għomru mqar b’jum wieħed biss? 28U għall-ilbies għalfejn tinkwetaw ruħkom? Ħarsu lejn il-ġilji tal-għelieqi, kif jikbru! U la jitħabtu u lanqas jinsġu. 29Madankollu, ngħidilkom, anqas Salamun, fil-glorja kollha tiegħu, ma kien jilbes bħal wieħed minnhom. 30Mela jekk Alla jlibbes hekk imqar ħaxixa selvaġġa li llum hawn u għada tinxteħet fil-forn, kemm aktar lilkom, nies ta’ fidi ċkejkna! 31Għalhekk toqogħdux tinkwetaw ruħkom u tgħidu, “X’se nieklu?’ jew ‘X’se nixorbu?’ jew ‘X’se nilbsu?’, 32għax dawn huma kollha ħwejjeġ li jfittxuhom il-pagani. Imma Missierkom li hu fis-smewwiet jaf li dan kollu teħtiġuh.#Mt 6,8; Lq 12,30. 33Mela fittxu l-ewwel is-Saltna u l-ġustizzja ta’ Alla, u dan kollu jingħatalkom ukoll.#S 37,4. 34Mela toqogħdux tħabblu raskom għall-għada, għax il-jum ta’ għada jħabbel rasu hu għalih innifsu. Biżżejjed hu għall-jum it-taħbit tal-ġurnata.”#Eż 16,4.

Currently Selected:

MATTEW 6: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in