YouVersion Logo
Search Icon

MATTEW 4

4
Kapitlu 4
It-tiġrib ta’ Ġesù fid-deżert
(Mk 1,12-13; Lq 4,1-13)
1Imbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu.#Lhud 4,15. 2U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. 3U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.”#Mt 4,6. 4Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub,
‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,
iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ ” # Dt 8,3.
5Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa#4,5: Il-Belt imqaddsa: Ġerusalemm, fejn kien hemm it-tempju., qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju,#Is 52,1; Mt 27,53; Apk 21,2-10; 22,19. 6u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li,
‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek,’
u li
‘Fuq idejhom jerfgħuk,
ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla.’ ” # S 91,11-12.
7Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll,
‘Iġġarrabx lill-Mulej, Alla tiegħek.’ ” # Dt 6,16; 1 Kor 10,9.
8Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, 9u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani.” 10Imbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! Għax hemm miktub,
‘Lill-Mulej, Alla tiegħek, għandek
tadura, u lilu biss taqdi.’ ” # Dt 6,13.
11Imbagħad ix-Xitan ħallieh. U minnufih ġew xi anġli u kienu jaqduh.
Il-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija
(Mk 1,14-15; Lq 4,14-15)
12Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija#4,12: Il-Galilija: id-distrett fuq in-naħa tat-tramuntana tal-Palestina..#Mt 14,3; Mk 6,7; Lq 3,20; Ġw 3,24. 13Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum#4,13: Kafarnahum: belt importanti fuq ix-xtut tat-tramuntana tal-għadira tal-Galilija, bejn il-fruntieri tas-saltna ta’ Erodi Antipa u ta’ dik ta’ Erodi Filippu., qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali#4,13: Żebulun u Naftali: iż-żewġ tribujiet antiki ta’ Iżrael li kienu jgħammru fl-inħawi ta’ fuq ta’ Kangħan.,#Ġw 2,12. 14biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,
15 ‘Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,
it-triq tal-baħar, art ’il hemm
mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! # Is 8,23—9,1.
16 Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam
ra dawl kbir;
dawk li kienu f’art u dell il-mewt
idda dawl għalihom.’ # Lq 1,79.
17Minn dak iż-żmien Ġesù beda jxandar u jgħid: “Indmu għax is-Saltna tas-Smewwiet waslet.”#Mt 3,2; 10,7.
Ġesù jsejjaħ erba’ sajjieda
(Mk 1,16-20; Lq 5,1-11)
18Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija#4,18: Il-baħar tal-Galilija: l-għadira l-kbira fuq il-Lvant tal-Galilija. lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.#Ġw 1,40-41. 19U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.” 20U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
21Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejħilhom. 22Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.
Ġesù jgħin u jaqdi folol kbar
(Mk 1,39; 3,7-8; Lq 4,14-15; 6,17-19)
23U dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna#4,23: L-Evanġelju tas-Saltna: bil-Grieg euangelion, l-aħbar, il-bxara t-tajba li waslet is-Saltna ta’ Alla. u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.#Mt 9,35; Mk 1,39. 24Il-fama tiegħu xterdet mas-Sirja#4,24: Sirja: pajjiż fit-Tramuntana tal-Palestina, fejn in-nies kienu pagani. kollha, u bdew iġibulu lil kull min kellu xi hemm fuqu, dawk li kienu jbatu b’xi mard jew uġigħ, il-maħkumin mix-xitan, il-morda b’tal-qamar, il-mifluġin, u kien ifejjaqhom.#Mk 6,55-56. 25U bdew imorru warajh folol kbar mill-Galilija, mid-Dekapoli#4,25: Dekapoli: grupp ta’ għaxar bliet fix-xlokk tal-għadira tal-Galilija li kienu jiggvernaw lilhom infushom u nieshom kienu pagani b’xi ftit Lhud fosthom., minn Ġerusalemm u mil-Lhudija, u mill-inħawi ’l hemm mill-Ġordan.#Mk 3,7-8.

Currently Selected:

MATTEW 4: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in