LUQA 3
3
Kapitlu 3
Il-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista
(Mt 3,1-12; Mk 1,1-8; Ġw 1,19-28)
1Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju#3,1: Tiberju: is-suċċessur tal-imperatur Awgustu. Tiberju nħatar imperatur f’Awissu tas-sena 14 WK u baqa’ sas-sena 37. Ponzju Pilatu ara nota Mt 27,2. Erodi tetrarka: ħu Erodi Antipa. Filippu: ara nota Mk 8,27. Anna: il-qassis il-kbir li kien imneħħi mill-kariga fis-sena 15 WK. iżda baqa’ jinfluwenza lis-suċċessur tiegħu u ħatnu Kajfa; ara Ġw 18,13. 21; Atti 4,6. Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, 2fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert#3,2: Fid-deżert: ara nota Mt 3,1..#Lq 1,80. 3U ġie fl-inħawi kollha ta’ madwar il-Ġordan, ixandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet,#Atti 13,24; 19,4. 4kif hemm imniżżel fil-ktieb tal-profeziji ta’ Isaija:
‘Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:
Ħejju t-triq tal-Mulej,
iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu. #
Is 40,3-5.
5 Kull wied jimtela,
kull muntanja u għolja titbaxxa,
il-mogħdijiet mgħawġa jiddrittaw,
u t-triqat imħarbta jitwittew.
6 U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.’ #
Lq 2,30-31; Tit 2,11.
7In-nies kienu jmorru bi ħġarhom għand Ġwanni biex jgħammidhom, u huwa kien jgħidilhom: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom x’għandkom tagħmlu biex taħarbu l-korla li ġejja?#Mt 12,24; 23,33. 8Mela uru frott li jixraq lill-indiema, u toqogħdux tgħidu lilkom infuskom: ‘Għandna b’missier lil Abraham,’ għax ngħidilkom li Alla, minn dan l-istess ġebel, jista’ jqajjem ulied lil Abraham.’#Ġw 8,39. 9Il-mannara ġa qiegħda ma’ għerq is-siġra, u għalhekk kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar.”#Mt 7,19; Ġw 15,6. 10In-nies kienu jistaqsuh u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?” 11U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess.” 12Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?”#Lq 7,29. 13U huwa weġibhom: “Tissikkaw lil ħadd biex jagħtikom taxxi iżjed milli jmisskom tieħdu.” 14Staqsewh ukoll xi suldati u qalulu: “U aħna, x’għandna nagħmlu?” U huwa weġibhom: “Tisirqu lil ħadd bit-tehdid jew bil-qerq tagħkom, u kkuntentaw ruħkom bil-paga li għandkom.”
15Il-poplu kien qiegħed jistenna ħerqan, u kulħadd kien jistaqsi lilu nnifsu dwar Ġwanni, jekk kienx hu l-Messija. 16Għalhekk Ġwanni qabad u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma, imma ġej wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qfieli tal-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u n-nar.#Atti 13,25. 17Il-midra qiegħda f’idu, biex iderri l-qiegħa u jiġbor il-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma t-tiben jaħarqu b’nar li ma jintefiex.” 18U b’ħafna twissijiet oħra kien ixandar lill-poplu l-bxara t-tajba.
19Iżda meta widdeb lil Erodi t-tetrarka billi kien qed jgħix ma’ Erodja, mart ħuh, u minħabba l-ħażen kollu li kien għamel,#Mt 14,3-4; Mk 6,17-18. 20Erodi kompla jżid ma’ ħtijietu u għalaq lil Ġwanni fil-ħabs.
Il-magħmudija ta’ Ġesù
(Mt 3,13-17; Mk 1,9-11)
21Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, 22u niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta’ ħamiema. U mis-sema ġie leħen jgħid: “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”#S 2,7; Mt 17,5; Mk 9,7; Lq 9,35; Ġw 1,32; 2 Pt 1,17.
L-antenati ta’ Ġesù Kristu
(Mt 1,1-17)
23Fil-bidu tal-ministeru tiegħu Ġesù kellu madwar it-tletin sena. In-nies kienu jaħsbuh bin Ġużeppi, li kien bin Għeli,#Lq 4,23; Ġw 6,42. 24bin Mattat, bin Levi, bin Melki, bin Ġannaj, bin Ġużeppi, 25bin Mattatija, bin Għamos, bin Naħum, bin Ħesli, bin Naggaj, 26bin Maħat, bin Mattatija, bin Simgħi, bin Ġosè, bin Ġoda, 27bin Ġoħanan, bin Resa, bin Żorobabel, bin Salatjel, bin Neri,#1 Kron 3,17; Esd 3,2. 28bin Melki, bin Għaddi, bin Kosam, bin Elmadan, bin Għer, 29bin Ġożwè, bin Eligħeżer, bin Ġorim, bin Mattat, bin Levi, 30bin Simgħon, bin Ġuda, bin Ġużeppi, bin Ġona, bin Eljakim, 31bin Melija, bin Menna, bin Mattata, bin Natan, bin David,#2 Sam 5,14. #1 Sam 16,1-13; Rt 4,17-22; 1 Kron 2,1-14. 32bin Ġesse, bin Għobed, bin Bogħaż, bin Sala, bin Naħson, 33bin Għamminadab, bin Admin, bin Arni, bin Ħesron, bin Fares, bin Ġuda,#Ġen 29,35. 34bin Ġakobb, bin Iżakk, bin Abraham, bin Teraħ, bin Naħor,#Ġen 25,26; 1 Kron 1,34; Ġen 21,3; 1 Kron 1,28-34. #Ġen 11,10-26; 1 Kron 1,24-27. 35bin Serug, bin Regħu, bin Faleg, bin Għeber, bin Selaħ, 36bin Kajnan, bin Arfaksad, bin Sem, bin Noè, bin Lamek,#Ġen 4,25—5,32; 1 Kron 1,1-4. 37bin Metuselaħ, bin Ħenok, bin Ġered, bin Maħalalel, bin Kajnan, 38bin Enos, bin Set, bin Adam, bin Alla.
Currently Selected:
LUQA 3: MB20
Highlight
Share
Copy
Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.