ĠENESI 38
38
Kapitlu 38
Iż-żwieġ ta’ Ġuda u wliedu
1Ġara li f’dak iż-żmien Ġuda warrab minn ma’ ħutu, u mar għand wieħed minn Għadullam, jismu Ħira. 2U hemm Ġuda ra ’l bint wieħed Kangħani, li kien jismu Sugħa; iżżewwiġha u resaq lejha.#1 Kron 2,3. 3U tqalet u wildet tifel, u semmieh Għer. 4U reġgħet tqalet u wildet tifel, u semmietu Onan. 5U wildet mill-ġdid tifel u semmietu Sela; u meta wilditu kienet f’Keżib.#1 Kron 4,21.
6U Ġuda żewweġ lil Għer, ibnu l-kbir, lil mara jisimha Tamar. 7Għer, il-kbir ta’ Ġuda, kien ħażin f’għajnejn il-Mulej, u l-Mulej qatlu. 8U Ġuda qal lil Onan: “Ersaq lejn il-mara ta’ ħuk u aqdi dmirek ta’ ħaten li int, u qajjem nisel għal ħuk#38,8: U qajjem nisel għal ħuk: skont il-liġi ta’ Mosè, meta raġel kien imut bla wlied, ħuh kien obbligat li jiżżewweġ lill-armla, u l-ewwel wild minnha kien ikun meqjus bħala bin il-mejjet (ara Dt 25,5-10)..#Dt 25,5; Rt 1,11-13; Mt 22,24; Mk 12,19; Lq 20,28. 9U Onan kien jaf li n-nisel ma kienx se jkun tiegħu, u ġara li meta kien jersaq lejn mart ħuh, kien jarmi fl-art, biex ma jagħtix nisel lil ħuh. 10U dak li għamel kien ħażin f’għajnejn il-Mulej, u ’l dan qatlu wkoll.
11Imbagħad Ġuda qal lil Tamar, mart ibnu: “Mur lura, u ibqa’ armla f’dar missierek, sakemm jikber Sela ibni,” għax qal: “Li ma jmurx imut hu wkoll bħal ħutu.” U Tamar telqet u qagħdet f’dar missierha.
Ġuda u Tamar
12U għadda ħafna żmien u mietet bint Sugħa, il-mara ta’ Ġuda, u meta tfarraġ dan tala’ ħdejn il-ġeżżieża tal-merħla tiegħu, hu u ħabibu Ħira l-Għadullami, f’Timna. 13U meta għarrfuha u qalulha: “Ara, missier żewġek tala’ Timna jġiżż il-merħla tiegħu,” 14Tamar neħħiet minn fuqha l-ilbies ta’ armla, tgħattiet bi star, raxxet il-fwieħa, tgeżwret, u qagħdet f’daħlet Għenajm, fit-triq ta’ Timna; għax hi kienet rat li Sela kien kiber, u baqgħu ma żewġuhulhiex.#Prov 7,10. 15U raha Ġuda u ħasibha xi mara żienja, għax hi kienet għattiet wiċċha. 16U kiser lejha u qalilha: “Ejja, ħallini nersaq lejk,” għax ma ntebaħx li kienet mart ibnu. U hi weġbitu: “X’tagħtini biex tersaq lejja?” 17U hu weġibha: “Nibgħatlek gidi mill-merħla.” U hi qaltlu: “Imma agħtini rahan, sakemm tibgħathuli.” 18“X’rahan nista’ nagħtik?” staqsieha. U hi wieġbet: “Is-siġill tiegħek, il-qafla u l-ħatar tiegħek#38,18: Is-siġill tiegħek, il-qafla u l-ħatar tiegħek: is-siġill kien ikun imdendel ma’ għonq sidu b’qafla. Għandu mnejn li l-ħatar kien ikollu isem sidu fuqu. li għandek f’idejk.” U tahomlha, u resaq lejha, u ħarġitlu tqila.
19U qamet, neħħiet l-istar tagħha minn fuqha, u libset l-ilbies ta’ armla. 20U Ġuda bagħtilha l-gidi ma’ ħabibu l-Għadullami, biex jieħu r-rahan minn id il-mara; imma ma sabhiex. 21U staqsa n-nies tal-post u qalilhom: “Fejn hija l-mara żienja tas-santwarju#38,21: Il-mara żienja tas-santwarju: mara li kienet isservi fis-santwarju fir-riti tal-fertilità, li kien fihom il-prattika tal-prostituzzjoni sagra. Għalhekk kienu jissejħu qedexot, nisa kkonsagrati; kien hemm ukoll irġiel għall-istess skop. It-tradizzjoni biblika kienet tikkundannahom bl-aħrax; ara Dt 23,18; Hos 4,14., dik li tkun f’Għenajm, hawn fit-triq?” U weġbuh: “Ma hawn l-ebda mara żienja tas-santwarju hawn.”
22U hu raġa’ lura għand Ġuda u qallu: “Ma sibthiex, u n-nies tal-post qalu li ma hemmx mara żienja tas-santwarju.” 23U Ġuda qallu: “Ħa teħodhom, li ma naqgħux għaż-żufjett, jien talli bgħattilha l-gidi, u int talli ma sibthiex.” 24U ġara li malli għaddew tliet xhur għarrfu lil Ġuda u qalulu: “Tamar, mart ibnek, żniet, u saħansitra tqalet biż-żina tagħha.” U Ġuda weġibhom: “Oħorġuha, u aħarquha.” 25U hi u ħierġa bagħtet tgħid lil missier żewġha: “Mir-raġel li tiegħu huma dawn, jien tqila.” U żiedet tgħid: “Ara tagħrafx ta’ min huma dawn: is-siġill, il-qafla u l-ħatar.” 26U Ġuda għarafhom u qal: “Għandha raġun iżjed minni, għax jien ma tajthiex lil ibni Sela.” U ma għarafhiex iżjed.
27U meta waslet biex tiled, kien hemm tewmin f’ġufha.#1 Kron 2,4. 28Hi u teħles wieħed minnhom ħareġ idu, u l-qabla rabtitlu ma’ idu ħajta ħamra skura u qalet: “Dan ħareġ l-ewwel.” 29Iżda meta raġa’ ġibed idu, qabad u ħareġ ħuh, u hi qalet: “Għala ħriġt b’din is-saħħa kollha?” U semmietu Pereż#38,29: Pereż: li tfisser tiċrita..#Rt 4,12; Mt 1,3; Lq 3,33. 30U fl-aħħar ħareġ ħuh, li kellu l-ħajta f’idu, u semmietu Żeraħ#38,30: Żeraħ: l-aħmar fl-orizzont filgħodu..#Num 26,20; 1 Kron 2,4; Mt 1,3.
Currently Selected:
ĠENESI 38: MB20
Highlight
Share
Copy

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in
Maltese DC Bible © Malta Bible Society, 2020.