YouVersion Logo
Search Icon

ĠENESI 36

36
Kapitlu 36
In-nisel ta’ Għesaw
1Dan hu nisel Għesaw, li hu Edom. 2Għesaw ħa n-nisa tiegħu minn fost il-bniet tal-Kangħanin: Għada bint Elon il-Ħitti; Oħolibama bint Għana, bint Sibgħun il-Ħiwwi,#Ġen 26,34; 28,9. 3u Baxemat bint Ismagħel, oħt Nebajot.
4Lil Għesaw Għada wildet ’l Elifaż, u Baxemat wildet lil Regħwel;#1 Kron 1,35. 5u Oħolibama wildet lil Ġegħus, ’il Ġagħlam u ’l Koraħ. Dawn huma wlied Għesaw, li tweldulu fl-art ta’ Kangħan.
6U Għesaw qabad in-nisa tiegħu u ’l uliedu, subien u bniet, u l-qaddejja kollha ta’ daru, l-imrieħel u l-bhejjem kollha tiegħu, u l-ġid kollu li kien kiseb fl-art ta’ Kangħan, u telaq bihom lejn art ’il bogħod minn ħuh Ġakobb.#Ġen 32,4. 7Għax ġidhom kien kbir wisq biex jgħixu flimkien, u l-art fejn kienu joqogħdu ma kinitx tiflaħhom minħabba l-imrieħel tagħhom.#Ġen 13,5-9. 8U Għesaw għammar fuq l-iġbla ta’ Xegħir - Għesaw hu Edom.#Dt 2,4-5; Ġoż 24,4.
9Dan hu n-nisel ta’ Għesaw, missier l-Edumin, fuq il-muntanji ta’ Xegħir.#Ġen 36,15-19; 1 Kron 1,35-37. 10Dawn huma l-ismijiet ta’ wlied Għesaw: Elifaż bin Għada, mart Għesaw; Regħwel bin Baxemat, mart Għesaw.
11Ulied Elifaż kienu: Teman, Omar, Sefu, Ġagħtam u Kenaż. 12U Timna, li kienet il-konkubina ta’ Elifaż, bin Għesaw, wildet lil Għamalek lil żewġha. Dawn kienu wlied Għada, mart Għesaw.
13Ulied Regħwel kienu: Natan, Żaraħ, Samma u Miżża. Dawn kienu wlied Baxemat, mart Għesaw.
14Dawn kienu wlied Oħolibama bint Għana, bint Sibgħun, mart Għesaw li wildet lil Għesaw, ’il Ġegħus, ’il Ġagħlam, u ’l Koraħ.
15Dawn kienu l-kapijiet ta’ wlied Għesaw: ulied Elifaż, il-kbir ta’ Għesaw, il-kap Teman, il-kap Omar, il-kap Sefu, il-kap Kenaż,#Ġen 36,9-14. 16il-kap Koraħ, il-kap Ġagħtam, il-kap Għamalek. Dawn huma l-kapijiet ta’ wlied Elifaż, fl-art ta’ Edom. Dawn kienu wlied Għada.
17U dawn kienu wlied Regħwel bin Għesaw: il-kap Natan, il-kap Żeraħ, il-kap Samma, il-kap Miżża. Dawn kienu l-kapijiet ta’ wlied Regħwel fl-art ta’ Edom, ulied Baxemat, mart Għesaw.
18Dawn kienu l-kapijiet ta’ wlied Oħolibama, mart Għesaw: il-kap Ġegħus, il-kap Ġagħlam u l-kap Koraħ. Dawn il-kapijiet ta’ wlied Oħolibama bint Għana, mart Għesaw.
19Dawn kienu wlied Għesaw u l-kapijiet tagħhom - dan hu Edom.
Nisel Xegħir
20Dawn kienu wlied Xegħir il-Ħori, li kienu jgħammru f’din l-art: Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana,#1 Kron 1,38. 21Dison, Għeser, Disan. Dawn kienu l-kapijiet tal-Ħorin, ulied Xegħir, fl-art ta’ Edom.
22Ulied Lotan kienu: Ħori, Heman, u oħt Lotan kienet Timna.#1 Kron 1,39-54.
23U dawn huma wlied Sobal: Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefu, u Onam.
24Ulied Sibgħun kienu: Ajja u Għana. Dan hu Għana, dak li sab l-għejun ta’ ilma sħun fid-deżert, hu u jirgħa l-ħmir ta’ missieru Sibgħun.
25Ulied Għana kienu: Disan u Oħolibama bint Għana.
26Ulied Disan kienu: Ħemdan, Esban u Itran u Keran.
27Ulied Għeser kienu: Bilħan, Żagħwan u Għakan.
28Ulied Disan kienu: Għus u Aran.
29Dawn kienu l-kapijiet tal-Ħorin: il-kap Lotan, il-kap Sobal, il-kap Sibgħun, il-kap Għana, 30il-kap Dison, il-kap Għeser u l-kap Disan.
Dawn kienu l-kapijiet tal-Ħorin, skont it-tribujiet tagħhom, fl-art ta’ Xegħir.
Is-slaten ta’ Edom
31Dawn kienu s-slaten li saltnu fuq l-art ta’ Edom, qabel ma beda jsaltan sultan fuq ulied Iżrael. 32Saltan f’Edom Bela bin Begħor, u l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba.#Num 20,14. 33Miet Bela, u saltan warajh Ġobab bin Żeraħ minn Basra. 34Miet Ġobab u warajh saltan Ħusam, minn art it-Temanin. 35Miet Ħusam, u warajh saltan Ħadad bin Bedad, li ħabat għall-Midjan fir-raba’ ta’ Mowab; u l-belt tiegħu kienet Għawit. 36Miet Ħadad, u saltan warajh Xamla, minn Maxreka. 37Miet Xamla, u warajh saltan Sawl, minn Reħobot tax-Xmara#36,37: Xmara: referenza għall-Ewfrat; ara 1 Kron 1,48.. 38Miet Sawl, u saltan warajh Bagħal-ħanan bin Għakbor. 39Miet Bagħal-ħanan bin Għakbor, u saltan warajh Ħadar, u l-belt tiegħu kien jisimha Pagħu; u martu kien jisimha Meħetabel bint Matred minn Miżaħab.
40Dawn huma l-ismijiet tal-kapijiet tat-tribujiet ta’ Għesaw, kif kienu mqassmin skont il-familji u l-għamajjar tagħhom, b’isimhom; il-kap Timna, il-kap Għalwa, il-kap Ġetet, 41il-kap Oħolibama, il-kap Ela, il-kap Pinon, 42il-kap Kenaż, il-kap Teman, il-kap Mibsar, 43il-kap Magdijel, il-kap Għiram.
Dawn huma l-kapijiet ta’ Edom skont l-għamajjar tagħhom fl-art li kienu ħadu. Dan hu Għesaw, missier l-Edumin.

Currently Selected:

ĠENESI 36: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in