YouVersion Logo
Search Icon

ĠENESI 15

15
Kapitlu 15
Il-patt bejn Alla u Abram
1Wara dawn il-ġrajja ġiet il-kelma tal-Mulej lil Abram f’dehra u qallu: “La tibżax, Abram! Jiena tarka għalik; ħlasek ikun kbir ħafna.”#Ġen 17. 2U Abram qallu: “Sidi Mulej, x’se tagħtini, għax se nibqa’ bla tfal, u l-werriet ta’ dari se jkun Eligħeżer ta’ Damasku.”#Atti 7,5. 3U Abram żied jgħid: “Ara, int lili ma tajtnix nisel, u qaddej dari se jiritni.”
4U ara, waslitlu l-kelma tal-Mulej u qallu: “Ma jirtekx dan, imma wieħed ħiereġ mill-ġewwieni tiegħek, hu għad jirtek.”#Ġen 17,16; 18,10; 21,2. 5U ħarġu barra u qallu: “Ħares sewwa lejn is-smewwiet u għodd il-kwiekeb, jekk għandek ħila tgħoddhom.” U żied jgħidlu: “Hekk għad ikun nislek.”#Ġen 22,17; 28,14; Eż 32,13; Dt 1,10; Sir 44,21; Rum 4,18; Lhud 11,12.
6U hu emmen fil-Mulej, u dan għaddhulu b’ġustizzja.#1 Mak 2,52; Rum 4,3; Gal 3,6-7; Ġak 2,23. 7U qallu: “Jiena l-Mulej li ħriġtek minn Ur tal-Kaldin, biex nagħtik din l-art b’wirt.”#Ġen 11,31; 12,1; Eż 32,13; 12,1; Neħ 9,7-8; Atti 7,2-3. 8U qallu Abram: “Sidi Mulej, kif inkun naf li se niritha?” 9U wieġbu: “Ħudli għoġla ta’ tliet snin, mogħża ta’ tliet snin, muntun ta’ tliet snin, gamiema u ħamiema.”#Lev 1,14. 10U ħadlu dawn kollha, u qasamhom min-nofs, u kull nofs qiegħdu biswit l-ieħor; imma l-għasafar ma qasamhomx. 11U niżlu l-għasafar tal-priża għal fuq l-iġsma mejtin, imma Abram gerrixhom lura.
12Hi u nieżla x-xemx waqa’ fuq Abram ngħas qawwi, u waqgħu fuqu biża’ u dalma kbira. 13U l-Mulej qal lil Abram: “Frustier għad jgħammar nislek f’art li ma tkunx tiegħu. Hemm iħaddmuhom u jgħakksuhom għal erba’ mitt sena. Imma l-ġens li huma jaqdu nagħmel ħaqq minnu jien.#Eż 12,40; Num 20,15; Ġdt 5,9-10; Is 52,4; Atti 13,20; Gal 3,17. 14U wara dan joħorġu b’ġid kbir.#Eż 3,8; Atti 7,6-7. 15Int mur bis-sliema għand missirijietek u tindifen meta tkun xjeħt sewwa. 16U fir-raba’ nisel jerġgħu lura hawnhekk, għax il-ħażen tal-Amurrin s’issa għadu ma laħaqx l-aqwa tiegħu.”#1 Slat 21,26.
17Meta x-xemx kienet niżlet u kien dalam, kenur idaħħan u lsien nar#15,17: Kenur idaħħan u lsien nar: id-duħħan u n-nar ifissru l-preżenza ta’ Alla. Skont drawwa ta’ dak iż-żmien meta tnejn kienu jiffirmaw ftehim kienu jgħaddu bejn il-bċejjeċ tal-bhejjem maqtula u jitolbu li jiġrilhom hekk jekk jiksru l-ftehim. B’dan ir-rit f’viżjoni Alla qiegħed iwettaq kliemu; ara wkoll Ġer 34,18-19. iżiġġ qasmu minn bejn il-bċejjeċ tal-laħam. 18Dakinhar il-Mulej għamel patt ma’ Abram u qallu: “Lil nislek nagħti din l-art, mix-xmara tal-Eġittu sax-xmara l-kbira, ix-xmara tal-Ewfrat,#Ġen 12,7; Eż 32,13; Neħ 9,8; S 105,11; Sir 44,21. 19l-art tal-Kenin u tal-Keneżin, tal-Kadmunin#Num 24,21; Dt 7,1. 20u tal-Ħittin, tal-Periżżin u tar-Refajin, 21tal-Amurrin u tal-Kangħanin, tal-Girgasin u tal-Ġebusin.”

Currently Selected:

ĠENESI 15: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in