YouVersion Logo
Search Icon

EFESIN 6

6
Kapitlu 6
L-ulied u l-ġenituri
1Intom it-tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom fil-Mulej, għax dan hu s-sewwa.#Kol 3,20. 2“Weġġaħ ’il missierek u ’l ommok”: dan hu l-ewwel kmandament b’wegħda#Eż 20,12; Dt 15,16; Mt 15,4. 3“sabiex ikollok ir-risq u jtul għomrok fuq l-art.” 4U intom il-missirijiet, iġġarrbuhomx iżżejjed lil uliedkom; iżda rabbuhom fid-dixxiplina u t-twiddib tal-Mulej.#Dt 6,7-25; S 78,4; Prov 19,18; 22,6; Kol 3,21.
L-ilsiera u s-sidien
5Intom l-ilsiera, isimgħu mis-sidien tagħkom ta’ din l-art bil-biża’ u r-rispett, bis-safa ta’ qalbkom bħallikieku lil Kristu; 6mhux taqduhom għal wiċċhom, bħal min irid jogħġob lill-bnedmin, iżda bħala lsiera ta’ Kristu, li jagħmlu r-rieda ta’ Alla minn qalbhom, 7aqduhom bil-qalb it-tajba, qiskom lill-Mulej u mhux lill-bnedmin. 8Għaliex tafu li kull wieħed, skont it-tajjeb li jkun għamel, jitħallas tiegħu mill-Mulej, sew jekk ilsir u sew jekk ħieles.#2 Kor 5,10; Kol 3,24-25. 9U intom, is-sidien, agħmlu l-istess magħhom; ħallukom mit-tehdid, għax tafu li s-Sid fis-smewwiet hu tagħhom bħalma hu tagħkom, u hu ma jħares lejn wiċċ ħadd.#Dt 10,17; 2 Kron 19,7; Atti 10,34; Kol 3,25; 4,1.
Il-ġlieda kontra l-ħażen
10Mill-bqija, twettqu fil-Mulej u ssaħħu bil-qawwa tiegħu. 11Ilbsu l-armatura ta’ Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-Xitan.#Rum 13,12; 2 Kor 10,4. 12Għax il-ġlieda tagħna mhijiex kontra d-demm u l-laħam, imma kontra s-Setgħat, kontra l-Qawwiet, kontra l-Prinċpijiet ta’ din id-dinja ta’ dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li jgħammru fil-wisa’ tas-smewwiet.#Ġw 14,30; Ef 2,2; 1 Pt 5,8-9. 13Għalhekk ħudu fuqkom l-armatura ta’ Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen, u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, iżżommu weqfin. 14Żommu sħiħ, mela, ħażżmu ġenbejkom bil-verità, ilbsu l-kurazza tal-ġustizzja,#Is 11,5; 59,17; Għerf 5,18; Lq 12,35; 1 Tess 5,8; 1 Pt 1,13. 15u xiddu riġlejkom bil-ħeġġa tal-Evanġelju tas-sliem;#Is 52,7; Naħ 2,1; Rum 10,15. 16ħudu f’idejkom it-tarka tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha tan-nar tal-Ħażin;#S 7,13. 17ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni#6,17: Ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni: meta kiteb dan l-Appostlu x’aktarx kellu quddiemu s-suldat Ruman, liebes il-kurazza, għassa miegħu. u aqbdu x-xabla tal-Ispirtu li hi l-kelma ta’ Alla.#Is 11,4; 49,2; 59,17; Hos 6,5; 1 Tess 5,8; Lhud 4,12. 18Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b’kull xorta ta’ talb u f’kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha.#Lq 18,1; Kol 4,2-3; 1 Tess 5,17. 19Itolbu għalija wkoll, biex meta niftaħ fommi tingħatali l-kelma, ħalli b’wiċċi minn quddiem inxandar il-misteru tal-Evanġelju,#Atti 4,29; Kol 4,3; 2 Tess 3,1. 20li tiegħu jiena l-ambaxxatur fil-ktajjen. Jalla jien u nxandar nkun nista’ nitkellem b’wiċċi minn quddiem kif għandi nagħmel.#2 Kor 5,20; Kol 4,4; Film 9.
L-aħħar tislijiet
21Biex intom ukoll tkunu tafu fejn ninsab u x’qiegħed nagħmel, jgħarrafkom b’kollox Tikiku, ħija l-għażiż u l-qaddej fidil fil-Mulej.#Atti 20,4; Kol 4,7-8; 2 Tim 4,12. 22Lilu bgħattilkom b’dan il-ħsieb, jiġifieri li tkunu tafu b’aħbarna u jfarrġilkom qlubkom.
23Is-sliem lil ħutna u l-imħabba flimkien mal-fidi minn Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu. 24Il-grazzja magħkom ilkoll li tħobbu lil Sidna Kristu Ġesù b’imħabba li ma tmut qatt.#1 Pt 1,8.

Currently Selected:

EFESIN 6: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in