YouVersion Logo
Search Icon

FILIPPIN 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu u Timotju, qaddejja ta’ Kristu Ġesù, lill-qaddisin kollha fi Kristu Ġesù, flimkien mal-isqfijiet tagħhom u d-djakni#1,1: Mal-isqfijiet tagħhom u d-djakni: l-isqfijiet, episkopoi, kienu l-mexxejja tal-knejjes lokali: kienu jsejħulhom ukoll presbuteroi, anzjani; ara 1 Tim 3,1-7. Djakni kienu dawk in-nies inkarigati mill-għajnuna u t-tqassim tal-karità lill-fqar; diakoneo bil-Grieg tfisser isservi, taqdi: id-djakni huma dawk li jservu; ara Atti 6,1-6. li jinsabu fil-belt ta’ Filippi#1,1: Filippi: kolonja importanti Rumana fil-Maċedonja. Pawlu żarha l-ewwel darba fit-tieni vjaġġ missjunarju 49/50-52/53 WK; ara Atti 16,12; Fil 4,15; 1 Tess 2,2.. 2Il-grazzja lilkom u s-sliem mingħand Alla Missierna u mingħand il-Mulej Ġesù Kristu!#Rum 1,7; Gal 1,3; Film 3.
Pawlu jitlob għalihom
3Niżżi ħajr lil Alla tiegħi kull meta niftakar fikom,#Rum 1,8; 1 Kor 1,4. 4u nitlob dejjem ferħan fit-talb tiegħi għalikom, 5minħabba s-sehem li intom ħadtu fix-xandir tal-Evanġelju, mill-ewwel jiem sal-lum#1,5: Mill-ewwel jiem sal-lum: ara Atti 16,13-15.. 6Jiena żgur minn dan: li dak li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem tagħha sa ma jasal il-jum ta’ Kristu Ġesù.#1 Kor 1,8; Fil 1,10; 2,13-16. 7Ħaġa sewwa li jiena naħseb hekk fikom ilkoll, għaliex jiena nġibkom f’qalbi, lilkom ilkoll, li qsamtu miegħi l-grazzja li għandi, kemm issa li jien marbut bil-ktajjen#1,7: Kemm issa li jien marbut bil-ktajjen: ma nafux sewwa fejn kien priġunier; l-aktar probabbli f’Ruma., u kemm meta kont niddefendi u nwettaq l-Evanġelju. 8Iva, jixhidli Alla kemm jien miġbud lejkom bil-qalb ta’ Kristu Ġesù!#Rum 1,9; 2 Kor 1,23; 1 Tess 2,5. 9U jien dan nitlob: li l-imħabba tagħkom tikber u toktor dejjem iżjed bl-għerf u b’kull dehen, 10biex tistgħu tagħrfu tagħżlu l-aħjar, u mbagħad tkunu safja u bla ebda ħtija fil-jum ta’ Kristu,#Rum 2,18; 12,2; 1 Kor 1,8; Fil 1,6; 2,16; Lhud 5,14. 11mimlijin bil-frott tal-ġustizzja#1,11: Bil-frott tal-ġustizzja: l-opri ġejjin mill-qdusija ta’ dak li jkun. li ġejja permezz ta’ Ġesù Kristu, għall-glorja u l-foħrija ta’ Alla.#Ġw 15,8.
12Irridkom tkunu tafu, l-aħwa, li kulma ġara lili safa aktar ta’ ġid biex ġieb ’il quddiem l-Evanġelju;#2 Tim 2,9. 13għaliex b’hekk, kull min jinsab fil-Pretorju#1,13: Il-Pretorju: il-gwardji Pretorjani ta’ madwar l-imperatur. u l-oħrajn kollha lkoll saru jafu li jiena marbut fil-ħabs għal Kristu,#Ef 3,1; 4,1; Film 9. 14u l-biċċa l-kbira tal-aħwa għamlu l-qalb fil-Mulej minħabba fil-ktajjen tiegħi, u bdew ixandru l-kelma#1,14: Bdew ixandru l-kelma: xi Mss jżidu ta’ Alla jew tal-Mulej. bil-kuraġġ u bla biża’ ta’ xejn.
15Tassew li dan xi wħud jagħmluh imqanqla mill-għira u l-pika, imma l-oħrajn lil Kristu jxandruh minn qalbhom. 16Dawn tal-aħħar jaħdmu bl-imħabba, għax jafu li jiena magħżul biex niddefendi l-Evanġelju; 17l-oħrajn, imma, lil Kristu jxandruh imqanqlin mill-għira, b’fehma mdennsa, u jistħajlu li b’hekk se jtaqqluli l-ktajjen.
18X’jimporta? Hekk jew hekk, sew jekk b’fehma safja u sew jekk le, basta jixxandar Kristu; u b’dan jien nifraħ, iva, u nibqa’ nifraħ. 19Għax naf li dan bit-talb tagħkom u bl-għajnuna tal-Ispirtu ta’ Ġesù Kristu, għad jisfali għas-salvazzjoni tiegħi.#Ġob 13,16; 2 Kor 1,11. 20Jien għadni nittama u nistenna bil-ħerqa li ma jkolli xejn mniex nistħi; anzi għandi l-fiduċja li, kif dejjem hekk s’issa, Kristu jkun imsebbaħ fil-ġisem tiegħi, sew jekk ngħix u sew jekk immut.#1 Pt 4,16. 21Għax għalija l-ħajja hi Kristu, u l-mewt hi rebħ.#Gal 2,20. 22Jekk għandi nibqa’ ħaj fil-ġisem, dan ifisser li għandi nagħti l-frott tax-xogħol tiegħi. X’naqbad nagħmel ma nafx;#Rum 1,13. 23ninsab bejn ħaltejn. Min-naħa l-waħda, nixtieq nintemm u nkun ma’ Kristu, li jkun ħafna aħjar għalija;#2 Kor 5,8. 24min-naħa l-oħra, jekk nibqa’ ngħix fil-ġisem, ikun ħafna aħjar għalikom. 25Minn dan jiena żgur; għalhekk naf li se nibqa’ hawn, u nkun magħkom għall-ġid u l-hena tagħkom fil-fidi. 26Mela, meta nerġa’ niġi għandkom, ikollkom aktar biex tiftaħru bija fi Kristu Ġesù. 27Ħaġa waħda ngħidilkom: ġibu ruħkom kif jixraq lill-Evanġelju ta’ Kristu#1,27: Ġibu ruħkom kif jixraq lill-Evanġelju ta’ Kristu: jiġifieri: li l-ħajja tagħkom ta’ ċittadini tkun taqbel mal-Evanġelju ta’ Kristu., ħalli sew jekk niġi narakom, sew jekk inkun ’il bogħod, nisma’ fuqkom li intom tinsabu qawwija fi spirtu wieħed, u tissieltu b'fehma waħda għall-fidi tal-Evanġelju,#Ef 4,1; Fil 4,3; Kol 1,10; 1 Tess 2,12. 28bla xejn ma tibżgħu minn dawk li jeħduha magħkom. Dan ikun għalihom prova tat-telfien tagħhom, imma għalikom prova tas-salvazzjoni; u dan kollu ġej minn Alla, 29għaliex lilkom ngħatat il-grazzja li sservu lil Kristu, mhux biss temmnu fih, imma saħansitra tbatu għalih, 30u tkunu fl-istess taqbida li intom rajtu fija, u li issa smajtu li għadni fiha.#Atti 16,22; Fil 1,13.

Currently Selected:

FILIPPIN 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in