1
EFESIN 6:12
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Għax il-ġlieda tagħna mhijiex kontra d-demm u l-laħam, imma kontra s-Setgħat, kontra l-Qawwiet, kontra l-Prinċpijiet ta’ din id-dinja ta’ dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li jgħammru fil-wisa’ tas-smewwiet.
Compare
Explore EFESIN 6:12
2
EFESIN 6:18
Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b’kull xorta ta’ talb u f’kull ħtieġa, ishru fih bla ma tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin kollha.
Explore EFESIN 6:18
3
EFESIN 6:11
Ilbsu l-armatura ta’ Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-tnassis tax-Xitan.
Explore EFESIN 6:11
4
EFESIN 6:13
Għalhekk ħudu fuqkom l-armatura ta’ Alla, ħalli tkunu tistgħu tieqfu fi żmien il-ħażen, u, wara li tkunu għamiltu ħilitkom kollha, iżżommu weqfin.
Explore EFESIN 6:13
5
EFESIN 6:16-17
ħudu f’idejkom it-tarka tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha tan-nar tal-Ħażin; ilbsu l-elmu tas-salvazzjoni u aqbdu x-xabla tal-Ispirtu li hi l-kelma ta’ Alla.
Explore EFESIN 6:16-17
6
EFESIN 6:14-15
Żommu sħiħ, mela, ħażżmu ġenbejkom bil-verità, ilbsu l-kurazza tal-ġustizzja, u xiddu riġlejkom bil-ħeġġa tal-Evanġelju tas-sliem
Explore EFESIN 6:14-15
7
EFESIN 6:10
Mill-bqija, twettqu fil-Mulej u ssaħħu bil-qawwa tiegħu.
Explore EFESIN 6:10
8
EFESIN 6:2-3
“Weġġaħ ’il missierek u ’l ommok”: dan hu l-ewwel kmandament b’wegħda “sabiex ikollok ir-risq u jtul għomrok fuq l-art.”
Explore EFESIN 6:2-3
9
EFESIN 6:1
Intom it-tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom fil-Mulej, għax dan hu s-sewwa.
Explore EFESIN 6:1
Home
Bible
Plans
Videos