YouVersion Logo
Search Icon

EFESIN 2

2
Kapitlu 2
Mill-mewt għall-ħajja
1Intom li kontu mejtin bi dnubietkom u ħtijietkom,#Ef 2,5; Kol 2,13. 2li fihom darba mxejtu skont ix-xejra ta’ din id-dinja, skont il-kap tas-saltna tal-ajru, tal-ispirtu li bħalissa qiegħed jaħdem fost dawk li ma jisimgħux…#Ġw 12,31; Ef 5,6; 6,12; Kol 3,7; Tit 3,3. 3Aħna wkoll għexna darba mgħarrqa fil-passjonijiet ta’ ġisimna; konna nagħmlu l-opri tar-rieda tal-ġisem u fehmietna; konna minna nfusna wlied il-korla#2,3: Ulied il-korla: oġġetti tal-korla ta’ Alla., bħall-bqija tal-bnedmin.#Kol 3,6. 4Imma Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, 5meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma’ Kristu - bi grazzja intom salvi.#Lq 15,24-32; Atti 15,11; Rum 6,13; Ef 2,1-8; Kol 2,13. 6Qajjimna miegħu u qegħedna fis-smewwiet ma’ Kristu Ġesù,#Kol 2,12. 7biex juri fiż-żminijiet li ġejjin l-għana bla qjies tal-grazzja tiegħu bit-tjieba li wera magħna fi Kristu Ġesù.#Ef 1,7. 8Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b’don ta’ Alla;#Ġw 4,10; Atti 15,11; Gal 2,16; Ef 2,5; Lhud 6,4. 9mhux bl-opri, biex ħadd ma jiftaħar.#Rum 3,28; 1 Kor 1,29; 2 Tim 1,9; Tit 3,5. 10Aħna ħolqien tiegħu, maħluqa fi Kristu Ġesù biex nagħmlu l-opri tajba li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu#2,10: Li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu: traduzzjoni oħra li nagħmluhom..#Tit 2,14.
Lhud u pagani ħaġa waħda fi Kristu
11Ftakru, mela, li intom bis-sinjal tal-pagani f’ġisimkom u li kontu msejħin “bla ċirkonċiżjoni” minn dawk li kellhom iċ-ċirkonċiżjoni magħmula bl-idejn fil-ġisem,#Ef 5,8. 12ftakru li f’dak iż-żmien kontu mingħajr Kristu; kontu barra miċ-ċittadinanza ta’ Iżrael, barranin għall-Patt tal-wegħda; kontu bla tama u bla Alla fid-dinja!#Rum 9,4; Kol 1,21; 1 Tess 4,13. 13Imma issa, fi Kristu Ġesù, intom, li darba kontu ’l bogħod, issa tqarribtu bis-saħħa tad-demm ta’ Kristu.#Is 57,19; Kol 1,20.
14Kristu hu s-sliem tagħna, hu, li minna t-tnejn għamel poplu wieħed, billi ġarraf il-ħajt li kien jifridna - il-mibegħda ta’ bejnietna - u ħassar bis-sagrifiċċju ta’ ġismu#Is 9,6; 1 Kor 12,13; Gal 3,28. #Kol 2,14. 15l-Liġi bil-kmandamenti u l-preċetti tagħha. Mit-tnejn, ried b’hekk joħloq bih innifsu bniedem wieħed, il-bniedem il-ġdid, billi jagħmilhom paċi t-tnejn bejniethom#2 Kor 5,17. 16u jħabbibhom it-tnejn ma’ Alla f’ġisem wieħed permezz tas-salib li bih qered il-mibegħda ta’ bejniethom.#Kol 1,20-22. 17Imbagħad ġie jħabbar is-sliem, sliem lilkom li kontu fil-bogħod, u sliem lil dawk li kienu fil-qrib.#Is 57,19; Żak 9,10. 18Permezz tiegħu, it-tnejn li aħna għandna bi Spirtu wieħed id-dħul għal għand il-Missier.#Rum 5,2; Ef 3,12. 19Għalhekk ma għadkomx aktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla,#Ef 3,6; Lhud 12,22-23. 20mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti#2,20: Tal-appostli u tal-profeti: ara Atti 11,27; 13,1; 15,32; 21,10; Ef 3,5., fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka.#Is 28,16; Mt 16,18; 1 Pt 2,6; Apk 21,14. 21Fih il-bini kollu jintrabat sewwa#2,21: Il-bini kollu jintrabat sewwa: traduzzjoni oħra kull bini marbut sewwa., jitla’ f’tempju qaddis fil-Mulej;#1 Kor 3,16; 2 Kor 6,16; Ef 4,15-16; Kol 2,19. 22fih, intom ukoll fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f’dar fejn jgħammar Alla.#2 Pt 2,5.

Currently Selected:

EFESIN 2: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in