1
EFESIN 2:10
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Aħna ħolqien tiegħu, maħluqa fi Kristu Ġesù biex nagħmlu l-opri tajba li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu.
Compare
Explore EFESIN 2:10
2
EFESIN 2:8-9
Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b’don ta’ Alla; mhux bl-opri, biex ħadd ma jiftaħar.
Explore EFESIN 2:8-9
3
EFESIN 2:4-5
Imma Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna, meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma’ Kristu - bi grazzja intom salvi.
Explore EFESIN 2:4-5
4
EFESIN 2:6
Qajjimna miegħu u qegħedna fis-smewwiet ma’ Kristu Ġesù
Explore EFESIN 2:6
5
EFESIN 2:19-20
Għalhekk ma għadkomx aktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla, mibnija lkoll fuq is-sisien tal-appostli u tal-profeti, fejn Kristu hu l-ġebla tax-xewka.
Explore EFESIN 2:19-20
Home
Bible
Plans
Videos