u jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom; x’inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu mal-qaddisin. Tagħrfu x’inhu l-kobor bla qjies tas-setgħa tiegħu fina li emminna, skont il-ħila tal-qawwa kbira tiegħu, li ħaddem fi Kristu, meta qajmu mill-imwiet u qiegħdu fil-lemin tiegħu fis-smewwiet,’il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u Ħakma, ’il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss għaż-żmien ta’ issa, imma wkoll għal li ġej.