YouVersion Logo
Search Icon

EFESIN 1

1
Kapitlu 1
Tislima
1Pawlu, appostlu ta’ Kristu Ġesù skont ir-rieda ta’ Alla, lill-qaddisin u lil dawk li jemmnu fi Kristu Ġesù#1,1: Lill-qaddisin u lil dawk li jemmnu fi Kristu Ġesù: skont Mss oħra Lill-qaddisin li qegħdin f’Efesu u lil dawk li jemmnu fi Kristu Ġesù. F’xi wħud mill-aħjar Mss l-kelma Efesu nieqsa; ara Atti 18,19-21; 19,1-40. Il-qaddisin huma l-insara kkonsagrati bil-magħmudija.:#1 Kor 1,1; Kol 1,1. 2grazzja lilkom u sliem mingħand Alla Missierna u mingħand Ġesù Kristu, il-Mulej.
Il-grazzja spiritwali ta’ Kristu
3Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu,
li berikna b’kull xorta ta’ barka spiritwali,
fis-smewwiet fi Kristu.#Ef 2,6.
4Hekk hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja,
biex inkunu qaddisa u bla tebgħa
quddiemu fl-imħabba#1,4: Bla tebgħa quddiemu fl-imħabba: fl-imħabba tista’ tkun marbuta ma’ għażilna fih. #Ġw 15,16; 17,24; Ef 5,27; Kol 1,22; 2 Tess 2,13.
5Iddestinana minn qabel li nkunu għalih ulied adottivi permezz ta’ Ġesù Kristu; hekk għoġob lir-rieda tajba tiegħu,#Ġw 1,12.
6għat-tifħir tal-glorja tal-grazzja tiegħu, li biha mliena fil-Maħbub tiegħu.#Mt 3,17; Kol 1,13.
7Fih aħna għandna l-fidwa bid-demm tiegħu, il-maħfra tad-dnubiet, skont l-għana tal-grazzja tiegħu.#Ef 2,7; Kol 1,14-20. 8Biha fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu.
9Hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu; il-pjan li għoġbu jfassal fih minn qabel,#Rum 16,25; Ef 3,3-9.
10u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet; jiġifieri, li kollox jinġabar taħt Ras waħda#1,10: Li kollox jinġabar taħt Ras waħda: jew li kollox jingħaqad taħt Ras waħda, jiġifieri Ġesù Kristu jkun is-Sultan sovran fuq kollox., li hu Kristu,
kulma hu fis-sema u kulma hu fl-art.#Gal 4,4; Kol 1,16-20.
11Fih aħna wkoll konna magħżula#1,11: Fih aħna wkoll konna magħżula: jew aħna wkoll ħadna sehemna. Fl-ewwel traduzzjoni tfisser li aħna sirna proprjetà speċjali ta’ Alla; ara Eż 34,9; fit-tieni, li aħna ħadna sehemna fis-saltna ta’ Alla, bħalma wlied Iżrael ħadu sehemhom mill-art imwiegħda; ara Ġoż 13-19., iddestinati minn qabel, skont il-pjan imfassal minn qabel minn min imexxi kollox skont il-fehma tar-rieda tiegħu,#Rum 8,28-29. 12sabiex inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu, aħna, li, sa minn qabel, konna nittamaw fi Kristu.
13U fih intom ukoll smajtu l-Kelma tal-Verità, l-Evanġelju tas-salvazzjoni tagħkom, u emmintu fiha. Kontu ssiġillati bl-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed;#Ef 4,30; Kol 1,5. 14li hu r-rahan tal-wirt tagħna sakemm għadna nistennew il-fidwa sħiħa tal-Poplu li Alla kiseb għalih, għat-tifħir tal-glorja tiegħu.#2 Kor 1,22; 5,5.
It-talba ta’ Pawlu
15Għalhekk jien ukoll, li smajt bil-fidi tagħkom fil-Mulej Ġesù u bl-imħabba tagħkom lejn il-qaddisin kollha,#Kol 1,4. 16ma nixba’ qatt niżżi ħajr minħabba fikom meta niftakar fikom fit-talb tiegħi.#Kol 1,3; 1 Tess 1,2. 17Ħalli Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-glorja, jagħtikom spirtu ta’ għerf li jirrivelahielkom biex tagħrfuha sewwa;#Għerf 7,7; Is 11,2; Kol 1,9-10. 18u jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħkom; x’inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu mal-qaddisin.#Ef 4,4; Kol 1,12. 19Tagħrfu x’inhu l-kobor bla qjies tas-setgħa tiegħu fina li emminna, skont il-ħila tal-qawwa kbira tiegħu,#2 Kor 13,4; Kol 2,12. 20li ħaddem fi Kristu, meta qajmu mill-imwiet u qiegħdu fil-lemin tiegħu fis-smewwiet,#S 110,1; Mt 22,44; Mk 16,19; Atti 2,34; Lhud 1,3; 8,1; 10,12; 12,2. 21’il fuq minn kull Saltna u Setgħa#1,21: Minn kull Saltna u Setgħa: ara Kol 1,16., minn kull Qawwa u Ħakma, ’il fuq minn kull isem li jissemma, mhux biss għaż-żmien ta’ issa, imma wkoll għal li ġej.#Kol 1,16; 2,10. 22Iva, qiegħed kollox taħt riġlejh, u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha,#S 8,6; Ef 4,15; Kol 1,18. #Rum 12,5; 1 Kor 12,27; Kol 1,18. 23li hi Ġismu, il-milja ta’ dak li jimla kollox f’kollox.#Ef 4,10; Kol 1,19.

Currently Selected:

EFESIN 1: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in