YouVersion Logo
Search Icon

ATTI TAL-APPOSTLI 25

25
Kapitlu 25
Pawlu jappella għal quddiem Ċesari
1Tlitt ijiem wara li wasal fil-provinċja tiegħu, Festu tala’ Ġerusalemm minn Ċesarija. 2Il-qassisin il-kbar u l-kbarat tal-Lhud resqu quddiemu biex jakkużaw lil Pawlu u bdew jitolbuh ħafna#Atti 24,1; 25,5. 3biex jagħmlilhom pjaċir u jibgħathulhom Ġerusalemm, għax kienu għamlu komplott li joqtluh fit-triq.#Atti 23,15. 4Imma Festu weġibhom li Pawlu kellu jibqa’ fil-ħabs f’Ċesarija għax hu stess kellu jmur hemm malajr. 5U żied jgħidilhom: “Dawk fostkom li għandhom xi awtorità jinżlu miegħi, u jekk dan ir-raġel għandu xi ħtija jakkużawh.”#Atti 23,30.
6Wara li qagħad magħhom mhux aktar minn tmienja jew għaxart ijiem, Festu niżel Ċesarija. L-għada ħa postu fit-tribunal u bagħat iġib lil Pawlu.#Atti 25,17. 7Kif wasal hemm, il-Lhud li kienu niżlu minn Ġerusalemm daru miegħu u bdew iġibu kontra tiegħu ħafna akkużi kbar bla ma kellhom ħila jippruvawhom.#Atti 24,5-13. 8Pawlu ddefenda ruħu u qal: “Jien ma nqast xejn, la kontra l-liġi tal-Lhud, la kontra t-tempju u lanqas kontra Ċesari.” 9Imma billi Festu ried jogħġob lil-Lhud, qal lil Pawlu: “Tridx titla’ Ġerusalemm, u hemm isir ħaqq minnek quddiemi?”#Atti 24,27. 10Pawlu wieġbu: “Jien ninsab quddiem il-qorti ta’ Ċesari; hawn għandu jsir ħaqq minni. Jien lil-Lhud ma għamiltilhom xejn ħażin, kif inti stess taf sewwa. 11Jekk imbagħad jiena ħati, jekk għamilt xi ħaġa li għaliha tistħoqqli l-mewt, ma nfittixx li naħrab mill-mewt. Imma jekk ma hemm xejn minn dak li fuqu qegħdin jixluni, ħadd ma jista’ jerħini f’idejhom. Nappella għal quddiem Ċesari!” 12Imbagħad Festu, wara li tkellem mal-kunsill tiegħu qallu: “Int appellajt għal quddiem Ċesari, u quddiem Ċesari tmur.”
Pawlu quddiem Agrippa u Bereniċi
13Ftit jiem wara, is-sultan Agrippa#25,13: Is-sultan Agrippa: Erodi Agrippa II, bin Erodi Agrippa I. Bereniċi: kienet oħt Agrippa II u Drusilla; ara 24,24. u Bereniċi waslu Ċesarija biex jagħtu l-merħba lil Festu. 14Billi damu hemm ħafna, Festu tkellem mas-sultan fuq il-każ ta’ Pawlu u qallu: “Hawn raġel li Feliċ kien ħallieh il-ħabs.#Atti 24,27. 15Meta kont Ġerusalemm, il-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-Lhud ressquli xi akkużi kontra tiegħu u talbuni nikkundannah.#Atti 25,1-2. 16Jien weġibthom li r-Rumani mhumiex imdorrija jibagħtu għall-mewt bniedem akkużat b’xi ħtija, qabel ma jġibu lill-akkużat quddiem dawk li jkunu akkużawh biex ikun jista’ jiddefendi ruħu mill-akkuża li tkun saritlu. 17Imbagħad ġew hawn miegħi, u l-għada, bla telf ta’ żmien, jien ħadt posti fit-tribunal u bgħatt inġib lil dan il-bniedem.#Atti 25,6. 18Dawk li akkużawh kienu hemm, iżda ma ġiebu ebda akkuża milli stennejthom iġibu kontra tiegħu.#Atti 18,14-15; 23,29. 19Kellhom biss xi kwistjonijiet miegħu dwar ir-reliġjon tagħhom u dwar ċertu Ġesù, li hu mejjet, imma Pawlu jgħid li hu ħaj. 20Billi ma stajtx insib tarf ta’ din il-kwistjoni, staqsejtu jekk iridx imur Ġerusalemm u hemm isir ħaqq minnu fuq dan.#Atti 25,9. 21Imma Pawlu appella biex jibqa’ miżmum sakemm il-kawża tiegħu jaqtagħha l-imperatur Awgustu#25,21: L-imperatur Awgustu: Neruni. Awgustu kien it-titlu onorifiku ta’ Ċesari, l-ewwel imperatur. Dan it-titlu, flimkien mal-isem Ċesari, wirtuh l-imperaturi kollha ta’ warajh. Hekk għandna l-isem sħiħ ta’ Neruni, l-imperatur li quddiemu kellu jidher Pawlu: Nero Claudius Caesar Augustus Drusus Germanicus.. Jien għalhekk ordnajt li jinżamm sakemm inkun nista’ nibagħtu għand Ċesari.”#Atti 25,11-12. 22Agrippa qal lil Festu: “Irrid nisma’ lil dan ir-raġel jien ukoll.” “Għada tisimgħu,” qallu Festu.#Lq 23,8.
23L-għada Agrippa u Bereniċi ġew bis-solennità kollha; daħlu fis-sala tal-udjenza mat-tribuni u l-kbarat tal-belt; u Festu ordna li jġibu lil Pawlu.#Mt 10,18; Mk 13,9; Lq 21,12. 24Imbagħad Festu qal: “Sultan Agrippa u intom ilkoll li qegħdin hawn magħna, qegħdin taraw lil dan ir-raġel li fuqu l-kotra tal-Lhud, kemm f’Ġerusalemm u kemm hawn, ġiet għandi titlobni u tgħajjat li ma għandux jibqa’ aktar ħaj.#Atti 22,22; 25,2-10. 25Jiena rajt li ma għamel xejn biex jistħoqqlu l-mewt; imma, billi hu stess appella għal quddiem l-imperatur Awgustu, qtajtha li nibagħtu għandu. 26Ma għandi xejn ċert x’nikteb lil sidi l-imperatur fuqu, għalhekk ġibtu quddiemkom, u l-aktar quddiemek, sultan Agrippa, biex bl-istħarriġ li jsirlu nsib xi ħaġa x’nikteb. 27Għax jidhirli li mhijiex ħaġa flokha nibgħat priġunier bla ma ngħid x’hemm kontra tiegħu.”

Currently Selected:

ATTI TAL-APPOSTLI 25: MB20

Highlight

Share

Copy

None

Want to have your highlights saved across all your devices? Sign up or sign in